6.15. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 105(4): l-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura minnPhilippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija għall-iffissar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli. (C(2016)2976 - 2016/2743(DEA)) (B8-0868/2016)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)