Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 6 ta' Lulju 2016 - Strasburgu

22. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jesprimix oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna INF 1/2016.

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jesprimix oġġezzjonijiet għat-trasferimenti ta' approprjazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri V/AB-03/C/16, V/AB-04/T/16, V/AB-05/A/16 u V/AB-06/T/16.

Skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 08/2016, DEC 09/2016, DEC 10/2016 u DEC 11/2016.

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea informa lill-Awtorità Baġitarja bl-approvazzjoni tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 08/2016 u DEC 10/2016 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza