4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Abbozz ta' att delegat li t-terminu tiegħu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment, rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw sett minimu ta' informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-rekords dettaljati u ċ-ċirkustanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost (C(2016)03356 – 2016/2777(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Ġunju 2016 fuq talba tal-kumitat responsabbli. Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
Abbozz ta' att delegat mibgħut lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-iskala għal missjonijiet minn uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea fl-Istati Membri (C(2016)04164 - 2016/2830(DEA)) Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Lulju 2016 Irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI Irriferut għall-opinjoni: BUDG