Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 7 ta' Lulju 2016 - Strasburgu

PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

8. Avviż mill-Presidenza
CRE

Bi qbil mal-Artikolu 166 tar-Regolament, il-President iddeċieda li jimponi piena fuq Janusz Korwin-Mikke minħabba l-kummenti inaċċettabbli tiegħu dwar il-migranti Afrikani waqt is-seduta tas-7 ta' Ġunju 2016. Il-piena tikkonsisti, l-ewwel, fit-telf tal-allowance ta' sussistenza għal għaxart ijiem u, it-tieni, sospensjoni mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha tal-Parlament u l-organi tiegħu għal ħamest ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqa' l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-organi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu, u dan mit-12 ta' Settembru 2016. Id-deċiżjoni ġiet innotifikata lbieraħ lill-persuna kkonċernata.

Il-President ħabbar ukoll li ġie informat li dalgħodu Janusz Korwin-Mikke għamel intervent ieħor li seta' kien fih kummenti inaċċettabbli.

Avviż legali - Politika tal-privatezza