Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2016 - Strasburgu

4. Avviż mill-Presidenza
CRE

Nhar is-6 ta' Lulju 2016, il-President impona piena fuq Janusz Korwin-Mikke bi qbil mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura (punt 8 tal-Minuti ta' 7.7.2016) minħabba r-rimarki inaċċettabbli li għamel fir-rigward tal-migranti Afrikani matul is-seduta ta' 7 ta' Ġunju 2016. Janusz Korwin-Mikke ressaq appell kontra din id-deċiżjoni nhar it-18 ta' Lulju 2016.

Il-Bureau eżamina dan l-appell u, b'mod unanimu, ikkonferma d-deċiżjoni tal-President. Il-piena tikkonsisti, l-ewwel nett, fit-telf tal-jedd għall-allowance ta' sussistenza ta' kuljum għal żmien ta' 10 ijiem u, it-tieni nett, f'sospensjoni tal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Parlament, kollha kemm huma, għal żmien ta' ħamest ijiem konsekuttivi li fihom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħed mill-organi, il-kumitati jew id-delegazzjonijiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' vot fil-plenarja tal-Membru. Il-piena għandha tidħol fis-seħħ illum, it-12 ta' Settembru 2016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza