Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Settembru 2016 - Strasburgu

10. Dikjarazzjonijiet bil-miktub (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa lill-Parlament li d-dikjarazzjonijiet bil-miktub segwenti ġabru l-firem tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament:

Dikjarazzjoni bil-miktub Nru 0026/2016 dwar il-fibrożi pulmonarja idjopatika mressqa mill-Membri li ġejjin: Elena Gentile, Andrey Kovatchev, Javier Nart, Raffaele Fitto, Isabella De Monte, Luigi Morgano, Nicola Caputo, Marc Tarabella, Doru-Claudian Frunzulică, Karin Kadenbach, Renate Sommer, Dominique Riquet, Philippe De Backer, Marian Harkin, Beatriz Becerra Basterrechea, Remo Sernagiotto

Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 1 tal-Minuti ta' 12.9.2016).

°
° ° °

Dikjarazzjoni bil-miktub nru 0048/2016 dwar it-twaqqif ta' teħid ta' organi minn priġunieri ta' kuxjenza fiċ-Ċina mressqa mill-Membri li ġejjin: Louis Michel, Ramon Tremosa i Balcells, Tunne Kelam, László Tőkés, Mark Demesmaeker, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský, Klaus Buchner, Arne Gericke, Branislav Škripek, Stefan Eck, Cristian Dan Preda

Konformement mal-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din id-dikjarazzjoni bil-miktub hija ppubblikata f'dawn il-Minuti, bl-ismijiet tal-firmatarji (Anness 2 tal-Minuti ta' 12.9.2016).

°
° ° °

Il-President iddikjara barra minn hekk li rċieva dikjarazzjoni bil-miktub rigward it-tneħħija tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub, imma nnota li din ma kinitx konformi mar-regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza