14. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehimiet mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
— Protokoll emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE;
— Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Kiribati dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir;
— Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gżejjer Marshall dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir,
— Ftehim ta' sħubija ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra.