4.11. Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Leo Brincat (votazzjoni)
Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Leo Brincat bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [08699/2016 - C8-0185/2016 - 2016/0806(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Igor Šoltes (A8-0257/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11) (Votazzjoni permezz ta' vot sigriet) Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 3 tal-Minuti ta' 13.9.2016)
Il-Parlament ta opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill li jinħatar Leo Brincat bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri u jitlob lill-Kunsill li jirtira l-proposta tiegħu u jippreżenta waħda ġdida lill-Parlament.