Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:
"Xejn m'għandu jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi illi jkollu, jekk xieraq, dibattitu tal-għeluq wara r-rapport mill-Kumitat responsabbli li lilu ġiet mgħoddija lura l-kwistjoni."
Jekk ma tkunx kkontestata minn xi grupp politiku jew minn almenu erbgħin Membru, b'konformità mal-Artikolu 226(4) tar-Regoli ta' Proċedura, sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti, din l-interpretazzjoni titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.