Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
9.1. Protokoll mal-Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment ħieles ta’ persuni (adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea [14381/2013 - C8-0120/2016 - 2013/0321(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Danuta Jazłowiecka (A8-0216/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.
Interventi
Qabel il-votazzjoni, Fulvio Martusciello biex jitlob li l-Parlament jesprimi x-xewqat tiegħu ta' fejqan malajr lil Shimon Peres, ex President tal-Iżrael, li ttieħed l-isptar ilbieraħ b'segwitu għal attakk ta' puplesija (il-President esprimihom).
9.2. Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/174/KE [05820/2014 - C8-0164/2016- 2013/0361(APP)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Csaba Sógor (A8-0252/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill.
9.3. Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE [07532/2/2016 - C8-0227/2016 - 2013/0302(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Ivo Belet (A8-0256/2016)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
9.4. Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Istati EPA SADC *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra [10107/2016 - C8-0243/2016 - 2016/0005(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff (A8-0242/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
9.5. Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 101(3) tar-Regoli ta' Proċedura sdwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim konkluż bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), u l-Assoċjazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd (EUROPÊCHE) tal-21 ta' Mejju 2012 kif emendat fit-8 ta' Mejju 2013 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (2016/2816(DEA)). Rapporteur: Paloma López Bermejo, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (B8-0976/2016)(2016/2794(RSP))
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
9.6. Żviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (votazzjoni)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Żviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2016/2774(RSP))
Fabio Massimo Castaldo (rapporteur) qabel il-votazzjoni.
9.8. Dumping soċjali fl-UE (votazzjoni)
Rapport dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea [2015/2255(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Guillaume Balas (A8-0255/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp ENF)
Ryszard Czarnecki dwar il-preżenza tal-ambaxxatur tar-Russja waqt id-dibattitu ta' dalgħodu, Guillaume Balas (rapporteur) u Alexander Graf Lambsdorff dwar l-intervent ta' Ryszard Czarnecki.
9.9. Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-presentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet għas-sodisfar tar-rekwiżiti biex jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (votazzjoni)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-presentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet għas-sodisfar tar-rekwiżiti biex jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2016)03999 – 2016/2816(DEA)) - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pervenche Berès (B8-0974/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)