Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ [COM(2015)0583 - C8-0375/2015 - 2015/0268(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Petr Ježek (A8-0238/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Petr Ježek (rapporteur) ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli sabiex il-proċess jgħaddi direttament għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-mandat adottat.
Interventi
Ernest Urtasun ressaq emenda orali għall-Artikolu 36(2), wara l-punt c), li ma nżammitx, aktar minn 40 Membru kienu kontra l-idea li titqies.