Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

9. Rettifiki (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P7_TA(2014)0273(COR01) għar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari it-2 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament ikkwotat hawn fuq P7_TA(2014)0273) - (COM(2012)0369 – C7-0194/2012 – 2012/0192(COD)) - Kumitat ENVI;

- Rettifika P7_TA(2013)0115(COR03) għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1) (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta’ April 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament ikkwotat hawn fuq P7_TA(2013)0115) - (COM(2011)0452 – C7-0417/2011 – 2011/0202(COD)) - Kumitat ECON.

Ir-rettifiki huma disponibbli fuq Europarl.

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tħabbir tagħhom, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarhom.

Avviż legali - Politika tal-privatezza