Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 3 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

16. Modifika tal-aġenda

Il-President ħabbar li r-rakkomandazzjoni La Via dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ġiet adottata fil-Kumitat ENVI. Hu jipproponi li tiġi inkluża fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-għada 4 ta' Ottubru 2016.

Il-Parlament approva din il-proposta.

Il-President fakkar li l-votazzjoni se tkun preċeduta minn intervent fil-plenarja tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon.

Avviż legali - Politika tal-privatezza