Mill-12.05 sal-12.20 saret seduta solenni tal-Parlament fl-okkażjoni tad-diskors ta' Ban Ki-moon, Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Pariġi.
Qabel id-diskors, il-President għamel dikjarazzjoni qasira dwar il-mument storiku li tirrappreżenta r-ratifikazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Unjoni Ewropea.