Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 26 ta' Ottubru 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (00033/2016/LEX - C8-0430/2016 - 2013/0409(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 (00030/2016/LEX - C8-0429/2016 - 2015/0306(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (00028/2016/LEX - C8-0428/2016 - 2015/0239(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (00040/2016/LEX - C8-0417/2016 - 2013/0141(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti (00043/2016/LEX - C8-0415/2016 - 2013/0297(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (00042/2016/LEX - C8-0414/2016 - 2013/0226(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (00038/2016/LEX - C8-0413/2016 - 2012/0340(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (00025/2016/LEX - C8-0412/2016 - 2016/0064(COD)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza