Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

13. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru II 2016 (PE 593.008/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba tal-Grupp S&D, bil-ħsieb li tinqaleb l-ordni tad-dibattitu dwar "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016" (punt 85 tal-PDOJ) u dwar "Is-Sigurtà Interna fl-UE - il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà adottati u l-isfidi fil-ġejjieni" (punt 90 tal-PDOJ).

Intervent ta': Marco Valli kontra din it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Intervent ta': Bruno Gollnisch dwar ir-rapporti dwar l-immunità miniżżla għall-ħin tal-votazzjoni tat-Tlieta. Il-President spjega l-proċedura.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-ħsieb li tiddaħħal bħala t-tieni dibattitu tal-jum id-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Bidla mill-ħin tas-sajf għal dak tax-xitwa" (punt 88 tal-PDOJ)

Interventi ta': Philippe Lamberts favur it-talba, u ta' Anne Sander, kontriha.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza