Is-Sur President jirreferi għall-inċident li seħħ nhar il-Ħamis 6 ta' Ottubru 2016 fil-bini tal-Parlament, fejn kien implikat Steven Woolfe u membru tal-grupp politiku tiegħu. Is-Sur President ifakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, u javża li dan il-każ ġie mgħoddi lill-kumitat konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri u li l-Parlament ser jiġi infurmat bir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tal-imsemmi kumitat.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Krišjānis Kariņš għarraf li, waqt il-votazzjoni dwar ir-rapport ta' Laura Agea dwar il-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri tal-15 ta' Settembru 2016 huwa kien xtaq jastjeni (A8-0247/2016) (punt 11.8 tal-Minuti tal-15.09.2016).
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Florent Marcellesi minflok Jordi Sebastià bħala Membru tal-Parlament, b'effett mill-11 ta' Ottubru 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Florent Marcellesi jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
Andrej Plenković u Davor Ivo Stier ressqu bil-miktub ir-riżenja tagħhom bħala Membri tal-Parlament, b'effett mill-14 ta' Ottubru 2016.
B'mod konformi mal-Artikolu 4(1) u (3), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jikkonferma li s-siġġijiet tagħhom huma battala sa minn din id-data u jinforma lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
Matthias Groote u Richard Howitt ressqu wkoll bil-miktub ir-riżenja tagħhom bħala Membri tal-Parlament, b'effett mill-1 u t-2 ta' Novembru 2016 rispettivament.
B'mod konformi mal-Artikolu 4(1) u (3), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament jikkonferma li s-siġġijiet tagħhom huma battala sa minn din id-data u jinforma lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.
5. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Portugiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' António Marinho e Pintofl-ambitu ta' proċedura kriminali mressqa kontrih mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali tal-Punent ta' Lisbona.
L-awtoritajiet Franċiżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marine Le Penfl-ambitu ta' inkjesta ġudizzjarja miftuħa mit-tribunal de grande instance de Nanterre (Qorti Reġjonali, Nanterre, Franza).
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet ġew irriferuti lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Steven Woolfe ma baqax membru tal-Grupp EFDD u ħa postu mal-Membri mhux affiljati b'effett mill-24 ta' Ottubru 2016.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mingħand il-Gruppi PPE, S&D, Verts/ALE u EFDD it-talbiet għall-ħatriet li ġejjin:
Kumitat AFET: Dubravka Šuica
Kumitat ENVI: Paul Brannen minflok Tibor Szanyi
Kumitat AGRI: Tibor Szanyi minflok Paul Brannen, Florent Marcellesi
Kumitat FEMM: Florent Marcellesi
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi: Florent Marcellesi
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Florent Marcellesi
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Albanija: Igor Šoltes minflok Sven Giegold
Kumitat DEVE: Raymond Finch minflok Nathan Gill
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
8. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
- Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (C(2016)06329 – 2016/2930(DEA))(B8-1124/2016)
Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, se tkun sottoposta għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.
9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 26 ta' Ottubru 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (00033/2016/LEX - C8-0430/2016 - 2013/0409(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 (00030/2016/LEX - C8-0429/2016 - 2015/0306(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (00028/2016/LEX - C8-0428/2016 - 2015/0239(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (00040/2016/LEX - C8-0417/2016 - 2013/0141(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti (00043/2016/LEX - C8-0415/2016 - 2013/0297(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (00042/2016/LEX - C8-0414/2016 - 2013/0226(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (00038/2016/LEX - C8-0413/2016 - 2012/0340(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tas-segretarjat tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (00025/2016/LEX - C8-0412/2016 - 2016/0064(COD)).
10. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' April I u II, Mejju I u II u Ġunju I u II 2016 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.
11. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000105/2016) imressqa minn Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Xaħmijiet trans (TFAs) (2016/2637(RSP)) (B8-1801/2016);
- (O-000106/2016) imressqa minn Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D'Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Xaħmijiet trans (TFAs) (2016/2637(RSP)) (B8-1802/2016);
- (O-000107/2016) imressqa minn Silvia Costa, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Is-Servizz Volontarju Ewropew (2016/2872(RSP)) (B8-1803/2016);
- (O-000126/2016) imressqa minn Gianni Pittella, Birgit Sippel, Caterina Chinnici, Juan Fernando López Aguilar u Julie Ward f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld, Cecilia Wikström, Angelika Mlinar, Filiz Hyusmenova, Nathalie Griesbeck, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen, Urmas Paet, Beatriz Becerra Basterrechea u Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat, Malin Björk, Marina Albiol Guzmán, Dennis de Jong, Stefan Eck, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Monika Hohlmeier u Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ignazio Corrao u Laura Ferrara, lill-Kummissjoni: Politiki u azzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tat-tfal fil-kuntest tal-migrazzjoni (2016/2954(RSP)) (B8-1804/2016).
12. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (COM(2016)0590 - C8-0379/2016 - 2016/0288(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
CULT, IMCO, JURI (Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591 - C8-0382/2016 - 2016/0286(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
CULT, BUDG, JURI, ECON, CONT, LIBE, IMCO
- Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2016 (COM(2016)0624 - C8-0399/2016 - 2016/2256(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (12396/2016 - C8-0406/2016 - 2008/0137(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
DEVE
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2016: Sigurtà tal-Istituzzjonijiet (12600/2016 - C8-0409/2016 - 2016/2121(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09785/2016 - C8-0422/2016 - 2016/0096(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi (2015/2316(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Marie-Christine Vergiat (A8-0245/2016)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377[49] - C8-0247/2015 - 2015/2202(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0264/2016)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (COM(2015)0377[03] - C8-0201/2015 - 2015/2156(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A8-0271/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Ukrajna) (COM(2016)0236 - C8-0150/2016 - 2016/0125(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0274/2016)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377[43] - C8-0241/2015 - 2015/2196(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0275/2016)
- It-tieni rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377[46] - C8-0244/2015 - 2015/2199(DEC)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A8-0276/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (COM(2015)0220 - C8-0131/2015 - 2015/0112(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0277/2016)
- Rapport dwar strateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass (COM(2016)0049 - 2016/2059(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: András Gyürk (A8-0278/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi (15470/2015 - C8-0110/2016 - 2015/0293(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Bodil Valero (A8-0281/2016)
- Rapport dwar it-titjib fil-konnessjoni u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (2015/2347(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A8-0282/2016)
- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2015/2254(INL)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0283/2016)
- Rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM (2015/2110(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0284/2016)
- Rapport dwar kif il-PAK tista' ttejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali (2015/2226(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Eric Andrieu (A8-0285/2016)
- Rapport dwar strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari (2015/2274(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Richard Howitt (A8-0286/2016)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 (11900/2016 - C8-0373/2016 - 2016/2047(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Jens Geier, Indrek Tarand (A8-0287/2016)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fid-Danimarka (11220/2016 - C8-0341/2016 - 2016/0814(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0288/2016)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data tad-DNA fid-Danimarka (11219/2016 - C8-0340/2016 - 2016/0813(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0289/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom (COM(2016)0418 - C8-0238/2016 - 2016/0193(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0292/2016)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet (12600/2016 - C8-0409/2016 - 2016/2121(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Gérard Deprez (A8-0295/2016)
- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins (2016/2087(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0297/2016)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (2016/2108(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0301/2016)
- Abbozz ta' rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 (2016/2101(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Alfred Sant (A8-0309/2016)
- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio (2016/2028(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0312/2016)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (09389/1/2016 - C8-0360/2016 - 2012/0340(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Dita Charanzová (A8-0269/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwl qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (08795/2/2016 - C8-0364/2016 - 2013/0141(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Anthea McIntyre (A8-0293/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (09878/1/2016 - C8-0358/2016 - 2013/0226(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Bas Eickhout (A8-0298/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (10000/1/2016 - C8-0365/2016 - 2013/0297(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Michael Cramer (A8-0300/2016)
13. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' ta' Ottubru II 2016 (PE 593.008/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Talba tal-Grupp S&D, bil-ħsieb li tinqaleb l-ordni tad-dibattitu dwar "Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016" (punt 85 tal-PDOJ) u dwar "Is-Sigurtà Interna fl-UE - il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà adottati u l-isfidi fil-ġejjieni" (punt 90 tal-PDOJ).
Intervent ta': Marco Valli kontra din it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Intervent ta': Bruno Gollnisch dwar ir-rapporti dwar l-immunità miniżżla għall-ħin tal-votazzjoni tat-Tlieta. Il-President spjega l-proċedura.
L-Erbgħa
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
Il-Ħamis
Talba tal-Grupp Verts/ALE bil-ħsieb li tiddaħħal bħala t-tieni dibattitu tal-jum id-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Bidla mill-ħin tas-sajf għal dak tax-xitwa" (punt 88 tal-PDOJ)
Interventi ta': Philippe Lamberts favur it-talba, u ta' Anne Sander, kontriha.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
14. Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet [COM(2013)0884 - C7-0461/2013 - 2013/0432(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Kaja Kallas (A8-0239/2016)
Kaja Kallas ippreżentat ir-rapport.
PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI Viċi President
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Franck Proust (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Virginie Rozière f'isem il-Grupp S&D, Daniel Dalton f'isem il-Grupp ECR, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Roberta Metsola, Evelyne Gebhardt, Margot Parker, Ildikó Gáll-Pelcz, Nicola Danti, Jiří Pospíšil, Maria Grapini, Jarosław Wałęsa u Sergio Gaetano Cofferati.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Eleftherios Synadinos.
15. Strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari (dibattitu)
Rapport dwar strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari [2015/2274(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Richard Howitt (A8-0286/2016)
Richard Howitt ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Marietje Schaake (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Sofia Sakorafa f'isem il-Grupp GUE/NGL, Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, James Carver f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Georgios Epitideios Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Ana Gomes, Anna Elżbieta Fotyga, Gérard Deprez, Martina Anderson, Fabio Massimo Castaldo, Edouard Ferrand, Janusz Korwin-Mikke, Janusz Lewandowski, Damiano Zoffoli, Mark Demesmaeker, José Inácio Faria, Merja Kyllönen, Barbara Kappel, Zoltán Balczó, Francisco José Millán Mon, Andrejs Mamikins, Bas Belder, Beatriz Becerra Basterrechea, Javier Couso Permuy, Udo Voigt, Eduard Kukan, Sergio Gaetano Cofferati u Frédérique Ries.
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
Interventi ta': Tunne Kelam, Jaromír Štětina, Lars Adaktusson, Ramona Nicole Mănescu, Anna Záborská, Fernando Ruas, Adam Szejnfeld u Urmas Paet.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Nicola Caputo, Notis Marias u Julie Ward.
Interventi ta': Miguel Arias Cañete u Richard Howitt.
16. Ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM [2015/2110(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0284/2016)
Laura Ferrara għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Caterina Chinnici, Tibor Szanyi u Ana Gomes.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
19. Strateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-istrateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass [2016/2059(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: András Gyürk (A8-0278/2016)
András Gyürk għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Miriam Dalli, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Neoklis Sylikiotis, Davor Škrlec, Cláudia Monteiro de Aguiar, Carlos Zorrinho, Maria Spyraki, Costas Mavrides, Seán Kelly, Nicola Caputo, Ricardo Serrão Santos u Tibor Szanyi.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
21. Intejbu l-konnessjoni u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar kif intejbu l-konnessjoni u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant [2015/2347(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A8-0282/2016)
Tomasz Piotr Poręba għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andor Deli, Nicola Caputo, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Davor Škrlec, Ruža Tomašić, Jozo Radoš u Ivan Jakovčić.
22. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Iuliu Winkler, Tibor Szanyi, Urszula Krupa, Jozo Radoš, Maria Lidia Senra Rodríguez, Florent Marcellesi, Margot Parker, Gilles Lebreton, Seán Kelly, Momchil Nekov, Angel Dzhambazki, Ivan Jakovčić, Marina Albiol Guzmán, Eleonora Evi, Michaela Šojdrová, Nicola Caputo, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Martina Anderson, Ignazio Corrao, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Xabier Benito Ziluaga, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, Julie Ward u Victor Negrescu.
23. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 593.008/OJMA).