Emendi mill-kumitat responsabbli - votazzjoni kollettiva
1-42
kumitat
+
votazzjoni: proposta tal-Kummissjoni
+
votazzjoni: riżoluzzjoni leġiżlattiva
VSI
Posponiment tal-votazzjoni
(Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
Varji
L-emenda 25 ma tikkonċernax il-verżjonijiet lingwistiċi kollha u għalhekk ma kinitx sottoposta għall-vot (Artikolu 170(1)(d) tar-Regoli ta' Proċedura).
11. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet
Rapport: José Manuel Fernandes u Gérard Deprez (A8-0295/2016)
Suġġett
Em Nru
Awtur
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE - rimarki
Premessa C
1
EFDD
VSI
-
82, 557, 55
2
Verts/ALE
-
Wara l-premessa C
3
Verts/ALE
-
votazzjoni: riżoluzzjoni (it-test kollu)
VSI
+
511, 120, 65
Talbiet għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet
EFDD:
emenda 1
Varji
L-emenda 4 ġiet irtirata.
12. Strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari
Premessa A (it-tieni u t-tielet parti), §§ 1 (it-tieni u t-tielet parti), 3, 4, 6, 7, 10, 12, 14, 21, 22 (it-tieni parti), 30, 31, 32, 33, 34, 37, 39, 42, 44, emendi 1, 2, 3, 4, 5, 6
Talbiet għal votazzjoni maqsuma
Verts/ALE:
§ 27
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "tesplora l-potenzjal għal kooperazzjoni nukleari ċivili mal-Iran, f'konformità mal-impenn tal-PAKK, u"
it-tieni parti
dan il-kliem
ALDE:
Premessa A
l-ewwel parti
"billi, b'segwitu għall-Ftehim Nukleari mal-Iran"
it-tieni parti
"u l-iżviluppi politiċi interni fl-Iran"
it-tielet parti
"issa teżisti l-opportunità għal riformi fil-pajjiż u għat-titjib tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea;"
§ 1
l-ewwel parti
"JJemmen li l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK), magħruf ukoll bħala l-Ftehim Nukleari mal-Iran, kien riżultat notevoli għad-diplomazija multilaterali, u partikolarment għad-diplomazija Ewropea,"
it-tieni parti
"li għandu jippermetti mhux biss titjib sostanzjali fir-relazzjonijiet UE-Iran, iżda wkoll il-promozzjoni tal-istabbiltà fir-reġjun kollu kemm hu;"
it-tielet parti
"jemmen li issa l-partijiet kollha huma responsabbli biex jiggarantixxu implimentazzjoni rigoruża u sħiħa tiegħu; jilqa' favorevolment it-twaqqif tal-Kummissjoni Konġunta, komposta minn rappreżentanti tal-Iran u tal-grupp E3/UE+3 (iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Itati Uniti u l-VP/RGħ); jappoġġa bis-sħiħ lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fir-rwol tagħha ta' koordinatur tal-Kummissjoni Konġunta fl-ambitu tal-PAKK, u jemmen li l-implimentazzjoni rigoruża u totali tal-PAKK tibqa' ta' importanza enormi;"
§ 4
l-ewwel parti
"Jilqa' pożittivament is-sens ta' ftuħ fir-relazzjonijiet mal-Iran; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet UE-Iran għandhom jimxu id f'id mal-implimentazzjoni tal-ftehim nukleari/PAKK; ifakkar li skont it-termini tal-ftehim, jekk l-Iran jonqos milli jimplimentah, dan jista' jwassal għall-introduzzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet; jinkoraġġixxi relazzjoni mġedda bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-Iran, li fiha ż-żewġ naħat jaħdmu mill-qrib fuq kwistjonijiet bilaterali u multilaterali biex jiggarantixxu reġjun aktar stabbli u implimentazzjoni effettiva tal-ftehim nukleari;"
it-tieni parti
"jemmen li r-relazzjonijiet UE-Iran għandhom jiġu żviluppati permezz ta' djalogu fuq bosta livelli li jinvolvi kuntatti politiċi, diplomatiċi, ekonomiċi, akkademiċi, tekniċi u interpersonali li jinkludu atturi tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa l-ftuħ tar-relazzjonijiet UE-Iran għall-benefiċċju reċiproku taż-żewġ partijiet, abbażi ta' valutazzjoni realistika tal-interessi komuni u tad-differenzi, bil-għan li tiġi mħeġġa l-espansjoni gradwali tal-kooperazzjoni fi klima ta' fiduċja, l-ewwel u qabel kollox għall-benefiċċju tal-popli tal-Iran u l-UE; jappoġġa, f'dan ir-rigward, l-impenn imġedded tal-Unjoni Ewropea fil-konfront tal-Iran abbażi ta' djalogu tal-erba' "K": djalogu komprensiv fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu; kooperazzjoni fl-oqsma li fihom l-Iran u l-UE għandhom interessi reċiproċi; djalogu kritiku, miftuħ u frank fl-oqsma li fihom l-Iran u l-UE ma jaqblux iżda qed ifittxu bażi komuni; u, b'mod ġenerali, kostruttiv fit-ton u fil-prattika;"
§ 7
l-ewwel parti
"Jinsisti fuq l-importanza li tiġi żviluppata d-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet UE-Iran bħala parti mill-istrateġija biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-fiduċja reċiproka;"
it-tieni parti
"itenni s-sostenn tiegħu, f'dan ir-rigward, favur il-proposta diskussa bejn il-Parlament u l-Majlis dwar djalogu interparlamentari dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, bħala rikonoxximent tal-isfidi komuni tar-radikalizzazzjoni fl-Iran, fil-Lvant Nofsani u fi ħdan l-UE stess;"
it-tielet parti
"jilqa' b'sodisfazzjon it-tiġdid tad-djalogu politiku bejn l-UE u l-Iran, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-futur, li jinkludi r-rappreżentanti tal-ġudikatura, tal-forzi tas-sigurtà u tas-soċjetà ċivili;"
ir-raba' parti
"jirrikonoxxi li, filwaqt li jeżistu suspett u diffidenza miż-żewġ naħat, hemm ukoll storja twila bejn bosta Stati Membri u l-Iran u li l-Iran għandu ambizzjoni li jkollu relazzjonijiet tajbin mal-UE, joffri l-potenzjal għal relazzjoni bbażata fuq il-fiduċja u r-rispett reċiproċi; jirrikonoxxi l-kumplessitajiet tal-politiki interni tal-Iran u jtenni li l-UE m'għandhiex l-intenzjoni li tindaħal fl-għażliet politiċi interni f'dan il-pajjiż jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor, iżda qed tfittex kooperazzjoni msejsa fuq ir-rispett reċiproku tal-istandards u tal-prinċipji internazzjonali; jemmen li n-normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet tista' sseħħ biss b'mod parallel mal-implimentazzjoni kontinwa tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) permezz ta' djalogu regolari u sostnut, u li l-prijorità immedjata għandha tkun li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-relazzjonijiet UE-Iran f'oqsma fejn jeżisti ftehim komuni li jsir dan; jemmen, madankollu, li l-għan aħħari għandu jkun li tiġi stabbilita sħubija bejn l-Iran u l-UE;"
§ 10
l-ewwel parti
"Jieħu nota tal-objettiv iddikjarat tal-Iran li jikseb rata ta' tkabbir annwali ta' 8 %; jemmen li investimenti Ewropej huma fundamentali biex l-Iran jilħaq dan il-għan; jenfasizza l-fatt li l-Unjoni Ewropea ma tostakolax l-attivitajiet kummerċjali permessi mal-Iran, u mhijiex se tostakola l-kumpaniji internazzjonali jew l-istituzzjonijiet finanzjarji milli jittrattaw mal-Iran, sakemm dawn isegwu l-liġijiet kollha applikabbli; jenfasizza li biex l-Iran ikun jista' jirrealizza l-potenzjal ekonomiku tiegħu, irid jieħu passi biex joħloq ambjent ekonomiku trasparenti favorevoli għall-investiment internazzjonali u jieħu miżuri kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, partikolarment fir-rigward tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) li jindirizzaw kwistjonijiet bħal waqfien ta' flussi finanzjarji għal organizzazzjonijiet terroristiċi;"
it-tieni parti
"jistieden lill-UE tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-Iran f'dan il-proċess, b'mod partikolari, permezz ta' appoġġ għal ħidma favur it-tiswir ta' trattat ta' investiment bilaterali bejn l-UE u l-Iran;"
§ 12
l-ewwel parti
"Jinnota li l-Iran huwa t-tieni l-ikbar ekonomija fil-Lvant Nofsani, bi stima ta' PGD nominali ta' USD 397 biljun fl-2015; jinnota wkoll li l-kummerċ bejn l-UE u l-Iran huwa attwalment madwar USD 8 biljun, u mistenni li jiżdied b'erba' darbiet fis-sentejn li ġejjin; ifakkar li l-UE kienet s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Iran u jemmen li għandu jkollha l-għan li hekk terġa' ssir; jappoġġa l-espansjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Iran, u jitlob lill-UE tiżviluppa l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali mal-Iran, fl-interess ta' titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol tal-poplu Iranjan u żvilupp reġjonali ulterjuri;"
it-tieni parti
"jemmen li l-espansjoni tal-kummerċ u tal-investiment mal-Iran tista', fit-tul, tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità fir-reġjun kollu, fejn l-UE tista' tfittex opportunitajiet għal skemi ta' investiment reġjonali, pereżempju b'rabta mal-enerġija u l-konnettività tat-trasport;"
§ 14
l-ewwel parti
"Jinnota li l-Iran huwa l-akbar ekonomija tad-dinja barra d-WTO; jappoġġa t-talba tal-Iran biex jissieħeb mad-WTO; jinnota li l-mandat attwali tal-UE għan-negozjati għal Ftehim tal-Kummerċ u l-Kooperazzjoni mhuwiex aġġornat; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-għażliet biex issaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali u ta' investiment, bil-għan li l-Iran iqarreb lejn konformità mar-regoli tad-WTO u jitħares l-investiment Ewropew; jenfasizza li qafas formali ta' negozjati jippermetti lill-UE tutilizza l-ingranaġġ sħiħ tagħha bħala l-akbar suq u blokk ekonomiku integrat u biex toħloq forum għal skambju u djalogu; jistieden lill-UE tesplora l-possibbiltà li terġa' tibda t-taħditiet dwar l-adeżjoni tal-Iran mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, hekk kif sħubija mad-WTO ġġib aktar liberalizzazzjoni tal-ekonomija tal-Iran biex tixpruna t-tkabbir, tinkorpora lill-pajjiż f'sistema globali bbażata fuq ir-regoli, tipprovdi mekkaniżmu biex jiġu appoġġati r-riformi ekonomiċi neċessarji mal-Iran u żżomm lill-Iran responsabbli għall-impenji internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tuża dawn in-negozjati bħala opportunità biex ikunu promossi r-riformi ewlenin dwar id-drittijiet tax-xogħol, abbażi tal-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO;"
it-tieni parti
"jinsab imħasseb dwar id-dewmien fil-ħatra ta' president ta' grupp ta' ħidma tad-WTO dwar l-adeżjoni tal-Iran; jistieden lill-Kummissjoni teżerċita l-influwenza tagħha sabiex, mingħajr dewmien, jitneħħa dan l-ostakolu u jinbeda l-proċess ta' adeżjoni mad-WTO; jemmen li, biex ikun jista' jikkonkludi l-proċess ta' adeżjoni, l-Iran għandu jitneħħa minn fuq il-lista tad-dikjarazzjoni pubblika tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF);"
§ 21
l-ewwel parti
"Jilqa' l-fatt li l-gvern Iranjan huwa ħerqan li jattira l-investiment barrani, investiment dirett barrani li huwa meħtieġ fis-setturi ekonomiċi ewlenin kollha; jinnota li x'aktarx se jkun hemm bżonn ta' aktar minn USD 1 triljun f'investiment fl-infrastruttura matul l-10 snin li ġejjin,"
it-tieni parti
"li jipprovdu opportunitajiet għan-negozji Ewropej, inklużi fis-setturi tal-enerġija u tal-manifattura tal-karozzi u tal-ajruplani; jilqa' l-180 delegazzjoni tal-Kummerċ li żaru Tehran sa mill-iffirmar tal-PAKK, inklużi dawk minn 15-il Stat Membru tal-UE, bħala sinjal ta' interess dejjem akbar fir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Iran; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jesploraw l-użu ta' garanziji ta' kreditu għall-esportazzjoni biex il-kummerċ, il-finanzjament ta' proġetti u l-investiment fl-Iran jingħataw spinta 'l quddiem; jappoġġa l-konklużjoni pożittiva tal-ftehimiet bejn il-gvern Iranjan u Airbus u Boeing, bħala miżura għall-bini tal-fiduċja wara l-adozzjoni tal-PAKK;"
§ 22
l-ewwel parti
"Jinnota li l-Iran għandu t-tieni l-akbar riżervi tal-gass fid-dinja u r-raba' l-akbar riżervi taż-żejt; jemmen li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija jista' jkollha rwol sinifikanti fid-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tal-enerġija lejn l-UE u fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-Istati Membri fuq fornituri uniċi, u b'hekk tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE;"
it-tieni parti
"jemmen li t-tneħħija tas-sanzjonijiet ekonomiċi għandha l-potenzjal li twitti t-triq għal nefqa sinifikanti fuq l-industrija taż-żejt u l-gass kif ukoll setturi oħra tal-ekonomija, li jibbenefikaw minn investimenti u aċċess għat-teknoloġija l-ġdida; jitlob lill-kumpaniji Ewropej jinvestu fis-settur tal-enerġija Iranjan; jitlob, b'mod partikolari, għall-appoġġ tal-UE fl-iżvilupp tat-teknoloġija tal-LNG fl-Iran; jemmen li investiment fl-Iran irid ikun konformi b'mod sħiħ mal-impenji tal-UE fir-rigward tad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu twil;"
§ 30
l-ewwel parti
"Jirrikonoxxi li, b'aktar minn 60 % tal-popolazzjoni stmata li għandha anqas minn 30 sena, il-popolazzjoni żgħażugħa, edukata u teknoloġikament avvanzata fl-Iran u l-enerġija tas-soċjetà tiegħu jistgħu jipprovdu opportunitajiet partikolari għall-iżvilupp ta' kuntatti bejn il-popli tal-Iran u tal-UE, fuq sies ta' prinċipji ta' reċiproċità u ta' rispett reċiproku; jemmen li programmi ta' skambju taż-żgħażagħ huma fost l-aktar attivitajiet b'suċċess għat-tqarrib tas-soċjetajiet u tal-kulturi; jilqa', għaldaqstant, iż-żieda tal-istudenti Erasmus Mundus mill-Iran f'universitajiet Ewropej bħala mezz biex jiġu miġġielda l-isterjotipi u l-perċezzjonijiet żbaljati; jitlob għal kooperazzjoni akbar fil-qasam tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta' aktar skambji ta' studenti u riċerkaturi, inkluża l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, fl-oqsma, inter alia, tal-ambjent, l-enerġiji rinnovabbli, il-ġustizzja, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;"
it-tieni parti
"jistieden lill-Kummissjoni żżid il-baġit għall-istudenti tal-Erasmus Mundus mill-Iran; jilqa' favorevolment is-sessjonijiet ta' ħidma li saru dan l-aħħar fl-Università ta' Tehran biex titqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji potenzjali li jistgħu jibbenefikaw minnhom l-universitajiet Iranjani li jipparteċipaw fil-programm Orizzont 2020; jistieden lill-Gvern Iranjan jaħtar koordinatur nazzjonali Orizzont 2020 biex jipprovdi assistenza teknika u pariri lill-universitajiet Iranjani fuq l-applikazzjoni għall-proġetti tal-Orizzont 2020; jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibilità li tkun eħfef għall-akkademiċi u r-riċerkaturi Iranjani biex jistudjaw u jitħarrġu f'universitajiet Ewropej; jitlob l-istabbiliment ta' programm tal-UE li jiġbor flimkien riċerkaturi u studenti mill-Iran, il-pajjiżi tal-GCC u l-Ewropa biex jistudjaw l-esperjenza u t-tagħlimiet meħuda mill-integrazzjoni reġjonali fl-Ewropa;"
§ 33
l-ewwel parti
"Jemmen li l-ftehim nukleari jiftaħ il-possibbiltà li jkun hemm kooperazzjoni biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi tas-sigurtà li għaddej minnha r-reġjun; jemmen li l-Iran jista' u għandu jkollu rwol ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun;"
it-tieni parti
"jemmen li r-reġjun kollu jista' jibbenefika minn normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Iran; huwa tal-fehma li l-istatus tal-Iran bħala attur reġjonali ewlieni għandu jwassal sabiex ikollu rwol ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun; jirrimarka li r-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), ippreżentata fit-18 ta' Novembru 2015, tinkludi pjanijiet biex jiġu involuti pajjiżi terzi li huma ġirien ta' pajjiżi sħab tal-viċinat tal-UE fil-kuntest ta' oqfsa ta' kooperazzjoni estiża; iħeġġeġ, għalhekk, li jiġu stabbiliti oqfsa tematiċi biex toffri kooperazzjoni bejn l-Unjoni, il-pajjiżi sħab fil-Viċinat tan-Nofsinhar u atturi reġjonali ewlenin bħall-Iran dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà reġjonali, l-enerġija u l-ġestjoni ta' rifuġjati;"
§ 37
l-ewwel parti
"Jilqa' favorevolment id-disponibbiltà tal-Iran li jappoġġa l-isforzi li għaddejjin favur l-istabbiltà fl-Iraq, iħeġġu jaqdi rwol sinifikanti biex tintemm il-vjolenza settarja, u jappella għal sforzi addizzjonali biex il-milizzji kollha fil-pajjiż jinġiebu taħt l-awtorità tal-Gvern tal-Iraq sabiex jiġu inklużi l-interessi kollha;"
it-tieni parti
"Jenfasizza li l-UE u l-Iran jiffaċċaw għedewwa komuni fil-forma ta' ISIS/Da'esh, l-Al-Qaeda, Al-Nusra u organizzazzjonijiet terroristiċi simili nominati mill-UNSC, li huma ispirati minn perverżjoni estremista tal-Iżlam;"
it-tielet parti
"jilqa' l-kontribut tal-Iran fil-ġlieda kontra l-ISIS/Da'esh, inkluż l-appoġġ bikri tiegħu tal-Gvern Reġjonali Kurd f'Erbil, u jirrikonoxxi l-kontribut deċiżiv tiegħu fl-Iraq, li waqqaf it-tkabbir tal-ISIS/Da'esh u rkupra territorji li qabel kienu soġġetti għal terroriżmu ġiħadista;"
ir-raba' parti
"jinsab imħasseb, madankollu, dwar rapporti ripetuti ta' rilaxx ta' rappreżentanti għolja ta' Al-Qaeda; jinnota l-ftehim li ntlaħaq bejn l-Iran u l-Awstralja għall-kondiviżjoni tal-intelligence fil-ġlieda kontra l-ISIS/Da'esh;"
§ 39
l-ewwel parti
"Jemmen li l-wirt rivoluzzjonarju tal-Iran u l-kostituzzjoni tiegħu bħala Repubblika Iżlamika, kif ukoll id-differenzi prinċipali bejn l-Iran u l-UE fir-rigward tas-sistemi politikoistituzzjonali, m'għandhomx ikunu ta' ostaklu għall-ftuħ u għal djalogu frank u dirett u biex tinstab bażi komuni dwar kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Repubblika Iżlamika tkabbar l-ispazju għall-pluraliżmu politiku; waqt li jissottolinja li l-Majlis huwa favur ir-riformi u favur l-Ewropa, jemmen li r-riżultati tal-elezzjonijiet għall-Parlament u l-Assemblea tal-Esperti fi Frar 2016 jirriflettu r-rieda tal-poplu Iranjan, u joffru opportunità għal aktar impenn mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, li għandha twassal għal relazzjonijiet kostruttivi, kif ukoll il-possibbiltà ta' riformi ekonomiċi, politiċi u soċjali;"
it-tieni parti
"jistieden lill-Iran jippermetti elezzjonijiet ħielsa u ġusti skont l-istandards internazzjonali;"
§ 44
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "lis-SEAE u lill-Kummissjoni jappoġġaw "
it-tieni parti
dan il-kliem
GUE/NGL:
§ 34
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "l-fergħat militari ta' Hezbollah u"
it-tieni parti
dan il-kliem
13. Ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM
It-test kollu apparti l-kliem: "il-ġlieda kontra l-kriminalità b'assoċjazzjoni (jiġifieri l-fatt ta' appartenenza f'organizzazzjoni kriminali) u mhux biss il-ġlieda tar-"reati fine", reati li huma objettiv ta' reat ieħor (jiġifieri reati li tali organizzazzjonijiet huma maħluqa biex iwettqu); b'mod partikolari, iqis li hu meħtieġ li s-sħubija ma' organizzazzjoni kriminali ssir reat kriminali, b'mod separat mit-twettiq ta' reati li huma objettiv ta' reat ieħor; itenni li dan iċ-ċiklu politiku għandu jinkludi wkoll"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 18, punt a
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u r-reat ta' korruzzjoni"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 71
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem "ta' migranti"
it-tieni parti
dan il-kliem
ECR, GUE/NGL:
§ 27, punt b
l-ewwel parti
" il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-proprjetà ffriżata u kkonfiskata"
it-tieni parti
u għall-użu mill-ġdid tagħha għal skopijiet soċjali u bħala kumpens għall-familji tal-vittmi u n-negozji affettwati ħażin mill-użura u r-rikattar organizzat;"
Verts/ALE, GUE/NGL:
§ 73
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "minħabba l-flussi kontinwi ta' rifuġjati lejn l-Ewropa"
it-tieni parti
dan il-kliem
14. Id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni f'pajjiżi terzi
It-test kollu apparti l-kliem: "b'mod partikolari fil-konfini tal-fruntieri tagħhom stess,"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 9
l-ewwel parti
"Jistieden lill-Istati jirrikonoxxu l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-asil u tal-migrazzjoni u li jadottaw il-liġijiet nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva ta' dawn l-obbligi, inkluż billi jiddisponu għall-possibilità li persuna tapplika għall-protezzjoni internazzjonali;"
it-tieni parti
"jitlob li dawn il-liġijiet iqisu l-grad u n-natura tal-persekuzzjoni u tad-diskriminazzjoni mġarrba mill-migranti;"
§ 24
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "mill-assenza ta' rotot legali ta' migrazzjoni,‘’
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 29
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "sesswali u riproduttiva"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 32
l-ewwel parti
"Jinnota li t-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti x'aktarx li jtejjeb sew il-kwalità tal-ħajja tal-migranti, kif ukoll l-indipendenza ekonomika u kulturali tagħhom, u jiffaċilita wkoll l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom fis-soċjetà ospitanti; iqis li t-tagħlim tal-lingwi jeħtieġ li jkun iggarantit mill-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti;"
it-tieni parti
"jirrakkomanda li l-migranti jiġu involuti fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet soċjali u politiċi kollha;"
§ 35
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jirċievu kuntratt b'lingwa li jifhmu, u"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 57
l-ewwel parti
"Jitlob lill-Istati jirratifikaw it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali kollha relatati mad-drittijiet tal-bniedem u japplikaw l-istandards tad-drittijiet tal-migranti li jinsabu f'varjetà ta' strumenti legali, inklużi l-istrumenti internazzjonali prinċipali relatati mad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-istrumenti l-oħra li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, bħalma hi l-Konvenzjoni tal-1951 tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u l-Protokolli tagħha u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom;"
it-tieni parti
"iqis, f'dan ir-rigward, li n-nonratifika ta' din tal-aħħar mill-Istati Membri tal-UE hija ta' detriment għall-politiki tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni u għall-impenn iddikjarat tagħha favur l-indiviżibilità ta' dawn id-drittijiet;"
§ 62
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "d-drittijiet tal-migranti u r-rifuġjati jiġu inklużi, bħala punt separat, fl-aġenda"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 68
l-ewwel parti
"Jagħraf ir-rwol u l-kontribut tas-soċjetà ċivili fil-qafas tad-djalogu politiku;"
it-tieni parti
"jenfasizza l-importanza li s-soċjetà ċivili tiġi kkonsultata fil-qafas tal-politiki esterni kollha tal-UE, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni sħiħa, lit-trasparenza u lit-tixrid xieraq tal-informazzjoni fil-politiki kollha u l-proċessi kollha relatati mal-migrazzjoni; ifakkar fil-ħtieġa li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-nisa fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-livell tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ħtieġa li n-nisa rifuġjati, in-nisa spostati u n-nisa migranti jieħdu sehem b'mod adegwat fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom;"
it-tielet parti
"jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu l-kapaċità tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi sabiex dawn l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jipproteġu d-drittijiet tal-migranti u jiġġieldu kontra t-trattament inuman u degradanti u d-diskorsi ta' mibegħda kontra l-migranti, kif indikat fid-Dikjarazzjoni ta' Belgrad adottata minn 32 medjatur u istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;"
§ 76
l-ewwel parti
"Jilqa' l-integrazzjoni tal-migrazzjoni fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG), jiġifieri fl-SDG 10, li jistabbilixxi l-qafas għall-politika dinjija ta' żvilupp sal-2030; ifakkar li l-Istati impenjaw ruħhom li jikkooperaw fuq livell internazzjonali biex "tiġi żgurata migrazzjoni sikura, legali u regolari b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u għat-trattament uman tal-migranti irrispettivament mill-istatus tagħhom ta' migrant, ta' rifuġjat jew ta' persuna spostata"; jinnota li l-ispostament furzat mhuwiex biss kwistjoni umanitarja iżda wkoll sfida għall-iżvilupp, u li għalhekk għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn l-atturi umanitarji u dawk tal-iżvilupp;"
it-tieni parti
"iqis li l-implimentazzjoni tal-SDGs toffri possibilità li jiġi msaħħaħ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fil-politiki tal-asil u tal-migrazzjoni u li fl-istrateġiji ta' żvilupp jiġu stabbiliti l-linji gwida tal-migrazzjoni; jistieden lill-komunità internazzjonali tadotta indikaturi li jistgħu jitkejlu għall-SDGs dwar il-migrazzjoni, kif ukoll tiġbor u tippubblika data diżaggregata dwar l-aċċess tal-migranti għal xogħol deċenti, għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni, b'mod speċjali fil-pajjiżi ta' destinazzjoni li jinsabu fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tittejjeb il-governanza tal-migrazzjonijiet;"
ALDE:
§ 75
l-ewwel parti
"Jappella li jittaffa d-dejn tal-pajjiżi foqra, sabiex jiġu megħjuna jistabbilixxu ordni pubbliku li jiggarantixxi rispett għad-drittijiet tal-bniedem;"
it-tieni parti
"jinsisti fuq il-fatt li soluzzjonijiet sostenibbli għad-dejn, inklużi standards ta' self responsabbli għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' qafas ġuridiku multilaterali applikabbli għall-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran, bil-għan li jittaffa l-piż tad-dejn u jiġi evitat dejn li ma jkunx jista' jingħeleb, b'tali mod li jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-tul;"
§ 81
l-ewwel parti
"Jenfasizza li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi għandhom jikkonċentraw l-għajnuna fuq ir-riżoluzzjoni tal-kriżijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi li jipprovokaw il-migrazzjonijiet,"
it-tieni parti
"u dan se jgħin biex jitwaqqfu l-flussi migratorji lejn il-fruntieri tal-Unjoni Ewropea;"
GUE/NGL:
premessa H
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "mekkaniżmi effettivi ta' monitoraġġ u ta' kontroll tad-dħul u l-ħruġ tal-barranin, kif ukoll"
it-tieni parti
dan il-kliem
Premessa AD
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "min-naħa tal-migranti, li għandhom ikunu lesti li jadattaw ruħhom għas-soċjetà ospitanti mingħajr madankollu ma jirrinunzjaw l-identità kulturali ta' oriġini tagħhom, kif ukoll" u "min-naħa tagħhom"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 41
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "konġunti mal-Istati Uniti u sħab internazzjonali oħra"
"Jenfasizza li l-kuntrabandu tal-migranti huwa marbut mat-traffikar tal-bnedmin u jikkostitwixxi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem;" apparti l-kliem: "l-kuntrabandu tal-migranti huwa marbut ma"
it-tieni parti
"l-kuntrabandu tal-migranti huwa marbut ma"
it-tielet parti
"ifakkar li l-użu ta' missjonijiet, bħalma hi l-Operazzjoni Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED), huwa strument għall-ġlieda konkreta kontra l-kuntrabandu tal-migranti; jistieden lill-Unjoni tkompli b'dan it-tip ta' operazzjonijiet u tintensifikahom;"
15. Responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi
"Jilqa' favorevolment l-inizjattivi mhux vinkolanti tas-settur privat rigward il-ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista introdotti mis-servizzi tal-Kummissjoni,"
it-tieni parti
"iżda jisħaq fuq il-fatt li l-inizjattivi mhux vinkolanti tas-settur privat fihom innifishom mhumiex biżżejjed; jagħmel appell għal regoli eżegwibbli u vinkolanti urġenti u s-sanzjonijiet relatati kif ukoll mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti;"
§ 31
l-ewwel parti
"Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta b'urġenza proposta leġiżlattiva dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta' oġġetti b'użu doppju,"
it-tieni parti
"billi t-teknoloġiji prodotti mill-kumpaniji Ewropej għadhom jikkaġunaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha;"
16. Strateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass
It-test kollu apparti l-kliem: "id-dekarbonizzazzjoni, is-sostenibilità tal-ekonomija fit-tul"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 18
l-ewwel parti
"Jenfasizza li l-istrateġija għandha tinkludi wkoll l-użu tal-LNG bħala alternattiva għall-iżvilupp ta' infrastruttura ta' distribuzzjoni u trażmissjoni tal-gass f'żoni fejn bħalissa dan mhuwiex kost-effettiv;"
it-tieni parti
"jinnota li l-installazzjonijiet tal-LNG jistgħu jipprovdu l-aqwa infrastruttura għal żieda fl-użu tal-gass naturali f'żoni fejn l-investimenti fl-infrastruttura tal-gass ma jsirx qligħ minnhom, inkluż biex jiżdied l-użu tal-gass għall-ġenerazzjoni tas-sħana u b'hekk jitnaqqsu l-hekk imsejħa emissjonijiet "low-stack";"
§ 29
l-ewwel parti
"Jinnota li s-sejba ta' soluzzjonijiet kosteffiċjenti u ambjentalment sostenibbli għandha tkun prinċipju ewlieni għall-kisba tal-aħjar kundizzjonijiet tal-UE u reġjonali,"
it-tieni parti
"u jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jallokaw ir-riżorsi limitati disponibbli għall-iżvilupp ta' infrastruttura kritika sabiex jiġi attirat investiment privat għall-infrastruttura u l-interkonnetturi tal-LNG;"
§ 57
l-ewwel parti
"Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' ħarsien ambjentali fl-ippjanar, il-bini u l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG kif ukoll fl-isfruttament ta' riżervi u sorsi indiġeni, u li jiġu rispettati l-istandards internazzjonali tax-xogħol dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li titqajjem kuxjenza dwar l-impatti ambjentali, klimatiċi u soċjali tal-LNG importat; itenni l-ħtieġa li jiġu involuti l-komunitajiet lokali u li wieħed jibbaża ruħu fuq valutazzjonijiet realistiċi dwar il-konsum u – fil-każ ta' kostruzzjoni – dwar l-ippjanar ta' infrastrutturi ġodda; jenfasizza l-potenzjal li toffri t-tranżizzjoni għall-LNG biex tintemm id-dipendenza tat-trasport marittimu fuq il-faħam;"
it-tieni parti
"jitlob li l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju għal proġetti Ewropej għal dan il-għan;"
§ 59
l-ewwel parti
It-test kollu apparti t-terminu: "CO2:"
it-tieni parti
dan it-terminu
§ 60
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2014/94/UE dwar karburanti alternattivi, inkluż l-istabbiliment ta' punti ta' riforniment tal-LNG tul il-kurituri tat-TEN-T u fil-portijiet marittimi u interni, li jieħdu post il-fjuwils konvenzjonali li jniġġsu; jenfasizza, madankollu"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 61
l-ewwel parti
"Jappella għall-iżvilupp ta' rotot marittimi, b'mod partikolari fl-arċipelagu tal-Ażores li, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tiegħu, jista' jservi bħala ċentru ewlieni tal-fjuwil għar-rotot transatlantiċi tal-LNG; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni fondi biex tappoġġja proġetti Ewropej għal dan l-għan;"
it-tieni parti
"iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni fondi biex tappoġġja proġetti Ewropej għal dan l-għan;"
§ 68
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jistgħu mhux biss jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar il-klima iżda" u "wkoll"
it-tieni parti
dan il-kliem
S&D:
§ 27
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "għall-prijoritizzazzjoni"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 39
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jenfasizza li dan m'għandux ipoġġi piż addizzjonali fuq l-industrija;"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 40
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "b'mod permanenti"
it-tieni parti
dan il-kliem
EFDD:
§ 25
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jemmen li dan it-tip ta' koordinazzjoni reġjonali fuq bażi volontarja huwa effettiv ħafna, u jilqa' r-rwol faċilitattiv tal-Kummissjoni f'dawn l-arranġamenti;"
it-tieni parti
dan il-kliem
ENF:
§ 3
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "kooperazzjoni aħjar tal-politiki tal-enerġija nazzjonali, l-istabbiliment ta' Unjoni tal-Enerġija reali b'suq uniku tal-enerġija, u b'politika komuni dwar l-enerġija, kif ukoll permezz ta'" "jemmen, f'dan il-kuntest, li integrazzjoni ulterjuri tal-politika tal-enerġija għandha tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri, bi qbil mal-għanijiet tal-UE u mal-obbligi internazzjonali kif ukoll mal-objettivi dikjarati, u ma għandhiex tmur kontra l-interessi tal-Istati Membri jew taċ-ċittadini tagħhom; jappoġġja l-isforzi biex tissawwar pożizzjoni komuni tal-UE fl-istituzzjonijiet u fl-oqfsa multilaterali tal-enerġija;"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 10
l-ewwel parti
"Jenfasizza l-ħtieġa li s-sistema tal-gass tal-UE ssir aktar varjata u flessibbli,"
it-tieni parti
"u b'hekk tikkontribwixxi għall-objettiv ewlieni tal-Unjoni tal-Enerġija ta' provvista tal-gass sikura, reżiljenti u kompetittiva; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija li jkollha l-għan li tnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq il-gass fuq medda ta' żmien twil, li tirrifletti l-impenn tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra bi 80-95 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050,"
it-tielet parti
" u jenfasizza f'dan ir-rigward li jekk l-effiċjenza enerġetika titqies bħala "l-ewwel prinċipju" u jekk jiġu eliminati gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili importati titnaqqas b'mod sinifikanti;"
§ 30
l-ewwel parti
"Jesprimi tħassib dwar il-fatt li fl-2015 l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja kienu 7 % ogħla milli fl-2014, u li 41 % tal-gass importat minn barra l-UE fl-2015 kien ġej mir-Russja;"
it-tieni parti
"jenfasizza r-rwol kruċjali tal-LNG u tal-ħażna tal-gass, flimkien ma' żieda fl-effiċjenza u l-użu ta' enerġija rinnovabbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq il-gass mir-Russja;" apparti l-kliem: "kruċjali" u "sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq il-gass mir-Russja;"
it-tielet parti
dan il-kliem
§ 32
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "għall-kuntrarju tal-interessi Ewropej"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 46
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u" "sabiex irawmu suq internazzjonali tal-gass li jkun ibbażat fuq ir-regoli, ikun trasparenti u jiffunzjona tajjeb;"
it-tieni parti
dan il-kliem
Verts/ALE, ENF:
§ 24
l-ewwel parti
"Jenfasizza li użu aktar estensiv tal-kapaċità ta' ħażna tal-Ukrajna jkun possibbli biss jekk jiġu ggarantiti qafas kummerċjali u ġuridiku xieraq u stabbli u l-integrità tal-infrastruttura tal-provvista fl-Ukrajna u sakemm il-livell xieraq tal-interkonnessjonijiet tal-gass ikun fis-seħħ, sabiex l-enerġija tkun tista' tgħaddi liberament bejn il-fruntieri mingħajr ostakli fiżiċi; barra minn hekk, jenfasizza li, minħabba li s-settur industrijali dipendenti fuq il-gass tal-Ukrajna qed jirpilja fiż-żmien qasir"
it-tieni parti
", se jkollhom jiġu impurtati provvisti tal-gass addizzjonali;"
it-tielet parti
"iqis li"
ir-raba' parti
"l-UE għandha tappoġġja lill-Ukrajna fit-tranżizzjoni mid-dipendenza fuq il-gass naturali Russu"
il-ħames parti
"għal-LNG;"
Verts/ALE, S&D:
§ 66
l-ewwel parti
"Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi għat-trasport tal-LNG bil-ferrovija, peress li dan min-naħa se jnaqqas it-trasport bit-triq u min-naħa l-oħra jikkontribwixxi għal trasport ekoloġiku u sikur ta' fjuwil"
it-tieni parti
"li huwa sostenibbli u b'livell baxx ta' tniġġis;" apparti l-kliem "sostenibbli u"
it-tielet parti
dan il-kliem
17. Kif narmonizzaw il-kontrolli fuq is-sajd fl-Ewropa
"Jesprimi għal darb'oħra t-tħassib profond tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza u ta' responsabilità demokratika li jikkaratterizza l-Grupp tal-Euro;"
it-tieni parti
"jirrakkomanda li l-Patt tal-UE għad-DRF japplika wkoll għall-Grupp tal-Euro;"
emenda 7
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "fil-proposta tagħha ta’ Patt tal-UE għad-DRF"
it-tieni parti
dan il-kliem
Varji
Jiří Maštálka rtirat il-firma tagħha mill-emendi mressqa mill-Grupp GUE/NGL.