Bi qbil mal-gruppi politiċi, Il-President ipproponiet li timmodifika l-aġenda tal-Erbgħa b'dan il-mod:
Wara l-addozzjoni tiegħu ilbieraħ fil-Kumitat għall-Baġits, ir-rapport Victor Negrescu dwar il-"mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Estonja – EGF/2016/003 EE/Żejt grezz u kimiċi)" (A8-0314/2016) ġie miżjud mal-ħin għall-votazzjonijiet tal-Erbgħa.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta.
L-aġenda hija għalhekk modifikata.
3. Mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (dibattitu)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali [2015/2254(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0283/2016)
Sophia in 't Veld ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': György Schöpflin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Frank Engel f'isem il-Grupp PPE, Monika Flašíková Beňová f'isem il-Grupp S&D, Kazimierz Michał Ujazdowski f'isem il-Grupp ECR, Maite Pagazaurtundúa Ruiz f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Barbara Kudrycka, Pedro Silva Pereira, Hans-Olaf Henkel, Cecilia Wikström, Marie-Christine Vergiat, Benedek Jávor, Gerard Batten, Gerolf Annemans, Eleftherios Synadinos, Pavel Svoboda, Tanja Fajon, Arne Gericke, Filiz Hyusmenova, Marina Albiol Guzmán, Diane James, Nicolas Bay, Udo Voigt, Anna Záborská, Josef Weidenholzer, Zdzisław Krasnodębski, Kostas Chrysogonos, Mylène Troszczynski, Michał Boni, Péter Niedermüller, Ruža Tomašić, Carlos Coelho, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Milan Zver, Caterina Chinnici, Alessandra Mussolini, Soraya Post, Kinga Gál, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Jeroen Lenaers, Csaba Sógor u Emil Radev.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, Izaskun Bilbao Barandica u João Pimenta Lopes.
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Ivo Vajgl, Josu Juaristi Abaunz, Georgios Epitideios, Ana Gomes, Branislav Škripek, Ramon Tremosa i Balcells, Konstantinos Papadakis u Nicola Caputo.
Interventi ta': Frans Timmermans u Sophia in 't Veld.
4. Is-Sigurtà Interna fl-UE - il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà adottati u l-isfidi fil-ġejjieni (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Is-Sigurtà Interna fl-UE - il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' miżuri ta' sigurtà adottati u l-isfidi fil-ġejjieni (2016/2955(RSP))
Ivan Korčok (President fil-kariga tal-Kunsill) u Julian King (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Monika Hohlmeier f'isem il-Grupp PPE, Birgit Sippel f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, Laura Ferrara f'isem il-Grupp EFDD, Mara Bizzotto f'isem il-Grupp ENF, Lampros Fountoulis Membru mhux affiljat, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tanja Fajon, Monica Macovei, Gérard Deprez, Miguel Urbán Crespo, Jan Philipp Albrecht, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ana Gomes, Angel Dzhambazki, Josep-Maria Terricabras, Michaela Šojdrová u Jeroen Lenaers.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Caterina Chinnici, Kinga Gál u Juan Fernando López Aguilar.
Interventi ta': Julian King u Ivan Korčok.
Id-dibattitu ngħalaq.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit sa ma sar il-ħin għall-votazzjonijiet).
PRESIDENZA: Antonio TAJANI Viċi President
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
Intervent ta': Bruno Gollnisch, li talab li jiġu awtorizzati l-ispjegazzjonijiet orali tal-votazzjoni dwar ir-rapporti dwar l-immunitajiet (il-President fakkar li l-jum ta' qabel il-President tal-Parlament kien spjega l-proċedura fis-seħħ (punt 13 tal-Minuti ta' 24.10.2016)).
5.1. Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fid-Danimarka * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data tad-DNA fid-Danimarka [11219/2016 - C8-0340/2016 - 2016/0813(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0289/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
5.2. Skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fid-Danimarka * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fid-Danimarka [11220/2016 - C8-0341/2016 - 2016/0814(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0288/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
5.3. Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi [2015/0293(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Bodil Valero (A8-0281/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.4. Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom [COM(2016)0418 - C8-0238/2016 - 2016/0193(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Iskra Mihaylova (A8-0292/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
5.5. Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen [2016/2108(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Evelyn Regner (A8-0301/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
5.6. Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Jane Collins [2016/2087(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0297/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
5.7. Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Mario Borghezio [2016/2028(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A8-0312/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
5.8. L-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti [10000/1/2016 - C8-0365/2016 - 2013/0297(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Michael Cramer (A8-0300/2016)
5.9. Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (setgħat iddelegati u implimentattivi) ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri [09878/1/2016 - C8-0358/2016 - 2013/0226(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Bas Eickhout (A8-0298/2016)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
5.10. Il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet [COM(2013)0884 - C7-0461/2013 - 2013/0432(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Kaja Kallas (A8-0239/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
Il-President għarraf li Kaja Kallas (rapporteur) ipproponiet li l-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġislattiva, skont l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiġi posposta sabiex in-negozjati interistituzzjonali jitkomplew direttament abbażi tal-mandat adottat.
Il-Parlament approva l-proposta. Il-kwistjoni ġiet għalhekk irriferuta lill-kumitat responsabbli għal rieżami.
7.1. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet (votazzjoni)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2016 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016: Is-Sigurtà tal-Istituzzjonijiet [12600/2016 - C8-0409/2016 - 2016/2121(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Gérard Deprez (A8-0295/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
7.2. Strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari (votazzjoni)
Rapport dwar strateġija tal-UE dwar l-Iran wara l-ftehim nukleari [2015/2274(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Richard Howitt (A8-0286/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Tomáš Zdechovský u Sophia in 't Veld, qabel il-votazzjoni finali.
7.3. Ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM (votazzjoni)
Rapport dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u segwitu għar-riżoluzzjoni CRIM [2015/2110(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0284/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Michael Gahler ippreżenta żewġ emendi orali bil-għan li jiddaħħlu l-paragrafi 9a u 10a ġodda, li ma nżammux, peress li 40 deputat opponew milli jiġu kkunsidrati.
Marie-Christine Vergiat (rapporteur) dwar dawn l-emendi orali.
7.6. Strateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass (votazzjoni)
Rapport dwar l-istrateġija tal-UE għall-gass naturali likwifikat u l-ħażna tal-gass [2016/2059(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: András Gyürk (A8-0278/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)
7.8. Intejbu l-konnessjoni u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (votazzjoni)
Rapport dwar kif intejbu l-konnessjoni u l-aċċessibilità tal-infrastruttura tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant [2015/2347(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba (A8-0282/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)
7.9. Mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (votazzjoni)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali [2015/2254(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sophia in 't Veld (A8-0283/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.
Spjegazzjonijiet orali tal-vot:
Rapport Kaja Kallas - A8-0239/2016 Michela Giuffrida u Daniel Hannan
Rapport Richard Howitt - A8-0286/2016 Jiří Pospíšil, Daniel Hannan, Seán Kelly u Stanislav Polčák
Rapport Laura Ferrara - A8-0284/2016 Jiří Pospíšil, Daniel Hannan, Eleonora Forenza, Monica Macovei, Seán Kelly, Stanislav Polčák u Branislav Škripek
Rapport Marie-Christine Vergiat - A8-0245/2016 Michela Giuffrida, Eleonora Forenza, Jiří Pospíšil u Janusz Korwin-Mikke
Rapport Ignazio Corrao - A8-0243/2016 Miguel Urbán Crespo, Eleonora Forenza u Monica Macovei
Rapport András Gyürk - A8-0278/2016 Rosa D'Amato, Paloma López Bermejo u Seán Kelly
Rapport Tomasz Piotr Poręba - A8-0282/2016 Jiří Pospíšil, Remo Sernagiotto u Monica Macovei
Rapport Sophia in 't Veld - A8-0283/2016 Jiří Pospíšil, Bruno Gollnisch, Monica Macovei u Janusz Korwin-Mikke.
9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fuq il-Europarl, "Plenarja", "Votazzjonijiet", "Riżultati tal-Votazzjonijiet" (Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet) u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq is-sit Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.40. Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00)
PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO Viċi President
10. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
11. Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 (2016/2724(RSP))
Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': József Szájer f'isem il-Grupp PPE, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, Vicky Ford f'isem il-Grupp ECR, Marcus Pretzell, dwar l-implimentazzjoni tard tal-program għall-2017 mill-Kummissjoni, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Borrelli f'isem il-Grupp EFDD, Marcus Pretzell f'isem il-Grupp ENF, Zoltán Balczó Membru mhux affiljat, Cristian Dan Preda, Enrique Guerrero Salom, Ryszard Czarnecki, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Rolandas Paksas, Mario Borghezio, Françoise Grossetête, Pervenche Berès, Bernd Lucke, Beatrix von Storch, Bogdan Brunon Wenta, Bernd Lange, Sajjad Karim, Wim van de Camp, Elly Schlein, Evelyn Regner, Mercedes Bresso u Agnes Jongerius.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Virginie Rozière, Michaela Šojdrová, Notis Marias, Luke Ming Flanagan, Silvia Costa u Nicola Caputo.
Intervent ta': Frans Timmermans.
Id-dibattitu ngħalaq.
12. Rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP (2016/2931(RSP))
Kristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Jan Olbrycht f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Ashley Fox, u Isabelle Thomas f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Ildikó GÁLL-PELCZ Viċi President
Interventi ta': Bernd Kölmel f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jonathan Arnott f'isem il-Grupp EFDD, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Zbigniew Kuźmiuk, Jean Arthuis, Liadh Ní Riada, Marian-Jean Marinescu, Monica Macovei, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski u Inese Vaidere.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Spyraki, Soraya Post, Notis Marias, Luke Ming Flanagan, Eleftherios Synadinos, Andrey Novakov, Silvia Costa, Krzysztof Hetman, Nicola Caputo u Jean-Paul Denanot.
Intervent ta': Kristalina Georgieva.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Jan Olbrycht u Isabelle Thomas, f'isem il-Kumitat BUDG, dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020 (2016/2931(RSP)) (B8-1173/2016).
13. Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 - it-taqsimiet kollha (dibattitu)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017 [11900/2016 - C8-0373/2016 - 2016/2047(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Jens Geier u Indrek Tarand (A8-0287/2016)
Jens Geier u Indrek Tarand ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Ivan Lesay (President fil-kariga tal-Kunsill) u Kristalina Georgieva (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Neena Gill CBE (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Nirj Deva (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Martina Dlabajová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Markus Ferber (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON), Giovanni La Via (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Liisa Jaakonsaari (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Isabella De Monte (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Derek Vaughan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Peter Jahr (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Nils Torvalds (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PECH), Bogdan Andrzej Zdrojewski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Monica Macovei (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), György Schöpflin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO) u Siegfried Mureşan f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Jean-Paul Denanot f'isem il-Grupp S&D, Bernd Kölmel f'isem il-Grupp ECR, Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE, Liadh Ní Riada f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Stanisław Żółtek f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Jerzy Buzek, Vladimír Maňka, Richard Ashworth, Jean Arthuis, Xabier Benito Ziluaga, Jonathan Arnott, Auke Zijlstra, Diane Dodds, José Manuel Fernandes, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Daniele Viotti, Zbigniew Kuźmiuk, Miguel Viegas, Petr Mach, Sophie Montel, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Indrek Tarand, Petri Sarvamaa, Stanisław Ożóg, Georg Mayer, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Jens Geier, Lefteris Christoforou, Sander Loones, Lambert van Nistelrooij, Paul Rübig, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Catherine Stihler.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Patricija Šulin, Ricardo Serrão Santos, Notis Marias, Ernest Maragall, Seán Kelly, Nicola Caputo u Ivana Maletić.
Interventi ta': Kristalina Georgieva, Ivan Lesay, Jens Geier u Indrek Tarand .
14. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf dan li ġej:
fil-ġurnata ta' qabel kienet tħabbret fil-plenarja rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON sabiex ma titressaqx oġġezzjoni għall-abbozz ta' regolament implimentattiv (punt 8 tal-Minuti ta' 24.10.2016).
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta ta' nhar l-Erbgħa 26 ta' Ottubru 2016.
15. Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 (dibattitu)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2016 [2016/2101(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Alfred Sant (A8-0309/2016)
Alfred Sant ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Sofia Ribeiro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL).
Intervent ta': Ivan Korčok (President fil-kariga tal-Kunsill).
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Catherine Stihler (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Bogdan Andrzej Zdrojewski (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Sergio Gutiérrez Prieto f'isem il-Grupp S&D, Joachim Starbatty f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marco Valli, Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Burkhard Balz, Pedro Silva Pereira, Notis Marias, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Luděk Niedermayer, Hugues Bayet, Ivana Maletić, Vilija Blinkevičiūtė u Costas Mavrides.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc u Luke Ming Flanagan.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis, Ivan Korčok u Alfred Sant.
16. Pakkett dwar it-tassazzjoni korporattiva (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Pakkett dwar it-tassazzjoni korporattiva (2016/2953(RSP))
Pierre Moscovici (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Dariusz Rosati f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Lefteris Christoforou u David Coburn, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Lefteris Christoforou, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, u Alain Lamassoure.
PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS Viċi President
Interventi ta': Hugues Bayet, Marisa Matias, Molly Scott Cato, Othmar Karas, Jeppe Kofod, Matt Carthy, Ernest Urtasun, Peter Simon u Ramón Jáuregui Atondo.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Romana Tomc, Jonás Fernández, Luke Ming Flanagan, Ana Gomes u Nicola Caputo.
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-entitajiet tas-settur pubbliku [09389/1/2016 - C8-0360/2016 - 2012/0340(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Dita Charanzová (A8-0269/2016)
Dita Charanzová ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sabine Verheyen f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Vicky Ford f'isem il-Grupp ECR, Morten Løkkegaard f'isem il-Grupp ALDE, Kostadinka Kuneva f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ildikó Gáll-Pelcz, Olga Sehnalová, Anneleen Van Bossuyt, Jiří Pospíšil, Adam Szejnfeld u Romana Tomc.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Ivan Jakovčić.
Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Dita Charanzová.
18. Miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-għan tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE [08795/2/2016 - C8-0364/2016 - 2013/0141(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Anthea McIntyre (A8-0293/2016)
Anthea McIntyre ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Pilar Ayuso f'isem il-Grupp PPE, Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, Jan Huitema f'isem il-Grupp ALDE, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Florent Marcellesi, f'isem il-Grupp Verts/ALE, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Albert Deß, Clara Eugenia Aguilera García, Rosa D'Amato, Michel Dantin u Maria Noichl.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Giovanni La Via, Nicola Caputo, Notis Marias, Jasenko Selimovic, João Ferreira u Georgios Epitideios.
Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Anthea McIntyre.
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000105/2016) mressqa minn Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D’Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Xaħmijiet trans (TFAs) (2016/2637(RSP)) (B8-1801/2016)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000106/2016) mressqa minn Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D’Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Xaħmijiet trans (TFAs) (2016/2637(RSP)) (B8-1802/2016)
Giovanni La Via daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
Ivan Korčok (President fil-kariga tal-Kunsill) u Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu l-mistoqsijiet.
Interventi ta': Renate Sommer f'isem il-Grupp PPE, Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, Piernicola Pedicini f'isem il-Grupp EFDD, Mireille D'Ornano f'isem il-Grupp ENF, Pilar Ayuso, Karin Kadenbach, Annie Schreijer-Pierik u Damiano Zoffoli.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, João Ferreira u Clara Eugenia Aguilera García.
Interventi ta': Vytenis Povilas Andriukaitis u Ivan Korčok.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Renate Sommer, Daciana Octavia Sârbu, Nikolay Barekov, Anneli Jäätteenmäki, Lynn Boylan, Martin Häusling, Piernicola Pedicini u Mireille D’Ornano, f'isem il-Kumitat ENVI, dwar ix-xaħmijiet trans (TFAs) (2016/2637(RSP)) (B8-1115/2016);
— Mireille D’Ornano, Sylvie Goddyn u Jean-François Jalkh, f'isem il-Grupp ENF, dwar ix-xaħmijiet trans (2016/2637(RSP)) (B8-1136/2016).
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Estonja – EGF/2016/003 EE/petroleum and chemicals) (COM(2016)0622 - C8-0389/2016 - 2016/2235(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Victor Negrescu (A8-0314/2016)
21. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 593.008/OJME).