Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

3. Avviż mill-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President jagħmel il-komunikazzjoni segwenti:

"Kif mħabbar it-Tnejn, irreferejt lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba tal-Membri l-kwistjoni tal-ġlieda bejn żewġ deputati tal-Parlament, Steven Woolfe u Mike Hookem, u staqsejt lill-Kumitat Konsultattiv biex jiddeċiedi b'urġenza. Il-Kumitat Konsultattiv bagħtli r-rakkomandazzjoni tiegħu. Huwa kkonkluda li l-verżjonijiet tal-fatti mogħtija miż-żewġ deputati involuti tvarja b'mod sostanzjali, u li l-fatti jidhru li seħħew mingħajr xhieda diretti. B'hekk isostni li minħabba l-gravità tal-fatti rrappurtati - li jirrigwardaw vjolenza fiżika - u l-implikazzjonijiet kriminali possibbli, tinħtieġ investigazzjoni supplementari sabiex dan il-każ jiġi ċċarat.

Konsegwentement, iddeċidejt li nsegwi r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, u li l-każ jitressaq quddiem l-awtoritajiet kompetenti Franċiżi. B'hekk ressaqt il-każ quddiem il-Prosekutur.

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni, jien nieħu deċiżjoni dwar sanzjoni eventwali li għandha tiġi imposta b'mod konformi mal-Artikolu 166 tar-Regoli ta' Proċedura.

Jien inżommkom aġġornati bl-andament ta' dan l-inċident sfortunat."

Avviż legali - Politika tal-privatezza