Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

19. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral (C(2016)06439 - 2016/2943(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (C(2016)06444 - 2016/2942(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan għall-iskart tal-mollusk bivalv Venus spp. fl-ilmijiet territorjali tal-Italja (C(2016)06482 - 2016/2945(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (C(2016)06500 - 2016/2946(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan ta’ skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (C(2016)06606 - 2016/2958(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan ta’ skartar għall-attivitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (C(2016)06618 - 2016/2957(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet (C(2016)06624 - 2016/2950(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni komparattiva tal-istandards ta' valutazzjoni tal-portafoll u l-proċeduri ta' kondiviżjoni ta' valutazzjoni (C(2016)06703 - 2016/2963(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Ottubru 2016

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat fuq talba tal-Kumitati kompetenti:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri ta’ konservazzjoni fis-sajd għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu fil-Baħar tat-Tramuntana (C(2016)05549 – 2016/2871(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-5 ta' Settembru 2016

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

Abbozz ta' att delegat li għalih l-ittra ta' konsultazzjoni intbagħtet u t-terminu ġie modifikat minn xhar għal 3 xhur fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali – (C(2016)06329 – 2016/2930(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-6 ta' Ottubru 2016 fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozz ta' att delegat li għalih il-Kumitat kompetenti talab lill-Kummissjoni Ewropea tressaq emenda:

Wara l-eżami tal-att delegat "Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni CIEM II a – C(2016)6272", il-Kumitat tas-Sajd talab lill-Kummissjoni Ewropea tressaq emenda għat-test propost għall-Artikolu 3:

"B'deroga mill-Artikolu 1, l-obbligu tal-iżbark tal-qabdiet tal-merluzz skont ir-regolament reċenti japplika biss jekk ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jew il-Kapitolu III tiegħu jitħassru qabel l-1 ta' Jannar 2017."

Ikun xieraq li l-kliem "qabel l-1 ta' Jannar 2017." jiġu sostitwiti bil-kliem "b'effett mill-1 ta' Jannar 2017".

Avviż legali - Politika tal-privatezza