Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 26 ta' Ottubru 2016 - Strasburgu

20. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli fir-rigward taċ-ċomb, biex tadatta mal-progress tekniku (COM(2016)05602016/2962(RPS) - skadenza: 9 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : IMCO
opinjoni: ENVI, ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D045714/03 – 2016/2940(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi IV u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (D045867/03 – 2016/2941(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 rigward l-approvazzjoni speċifika ta’ operazzjonijiet b’ajruplani b’magna waħda bit-turbini billejl jew f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi tal-istrument u r-rekwiżiti ta’ approvazzjoni għat-taħriġ dwar oġġetti perikolużi li għandhom x’jaqsmu ma’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati, operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni u operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni (D045909/03 – 2016/2939(RPS) - skadenza: 10 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet billi jżid Anness dwar l-informazzjoni armonizzata relatata mar-reazzjoni taʼ emerġenza relatata mas-saħħa (D046374/04 - 2016/2960(RPS) - skadenza: 22 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi attivi (D046976/01 - 2016/2949(RPS) - skadenza: 19 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jinnomina laboratorju ta’ referenza tal-UE għal mard ikkawżat minn viruses tal-capripox (il-marda tal-infafet fil-ġilda u l-ġidri tan-nagħaġ u l-mogħoż), filwaqt li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D047122/02 - 2016/2944(RPS) - skadenza: 14 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' parametri għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost, il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ikel għall-annimali domestiċi u għall-esportazzjoni ta' demel ipproċessat (D047366/02 - 2016/2947(RPS) - skadenza: 18 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D047413/01 - 2016/2938(RPS) - skadenza: 7 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D047414/01 - 2016/2937(RPS) - skadenza: 7 ta' Jannar 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli : ENVI

Avviż legali - Politika tal-privatezza