Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 64(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (11197/1/2016 - C8-0424/2016 – 2013/0013(COD) – 12858/2016 – COM(2016)0688)
irriferut lill-kumitat responsabbli : TRAN
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 - C8-0425/2016 – 2013/0028(COD) – 12859/2016 – COM(2016)0689)
irriferut lill-kumitat responsabbli : TRAN
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD) – 12860/2016 – COM(2016)0691)
irriferut lill-kumitat responsabbli : TRAN
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (11625/1/2016 - C8-0427/2016 – 2012/0179(COD) – 12857/2016 – COM(2016)0667)
irriferut lill-kumitat responsabbli : PECH
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk mid-data tal-għada, it-28 ta' Ottubru 2016.