L-awtoritajiet kompetenti Kroati kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ivica Tolić u Željana Zovko minflok Andrej Plenković u Davor Ivo Stier bħala Membri tal-Parlament, li tiddekorri mill-24 ta' Ottubru 2016.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Ivica Tolić u Željana Zovko jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti Kroati kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Tiemo Wölken minflok Matthias Groote bħala Membru tal-Parlament.
Il-Parlament ħa nota ta' dan b'seħħ mid-data 14 ta' Novembru 2016.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Tiemo Wölken jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.