Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 21 ta' Novembru 2016 - Strasburgu

11. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Novembru I 2016 (PE 593.806/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba mill-Grupp ECR biex it-titolu tad-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Is-sitwazzjoni fix-Xatt tal-Punent, inklużi l-insedjamenti" (punt 95 tal-PDOJ) jinbidel għal "Sfidi għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofshani".

Interventi ta': Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, u Marita Ulvskog, kontriha.

B'VE (156 favur, 172 kontra, 15 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL biex jiddaħħal bħala s-sitt punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, wara d-dibattitu dwar ir-rapport ta' Anna Elżbieta Fotyga (A8-0290/2016), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea.

Interventi ta': Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Anne-Marie Mineur, favuriha, u Daniel Caspary, kontriha.

B'VSI (170 favur, 184 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Andrejs Mamikins b'tifkira tal-54 vittma tas-supermarket li sfronda f'Riga fil-21 ta' Novembru 2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza