Indiċi 
Minuti
PDF 247kWORD 77k
It-Tnejn, 21 ta' Novembru 2016 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 3.Kompożizzjoni tal-Parlament
 4.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament – 2018
 7.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Dokumenti mressqa
 9.Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015 (dibattitu)
 13.Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (dibattitu)
 14.Finalizzazzjoni ta' Basel III (dibattitu)
 15.Unjoni Ewropea tad-Difiża (preżentazzjoni qasira)
 16.L-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (preżentazzjoni qasira)
 17.It-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (preżentazzjoni qasira)
 18.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Michela Giuffrida kien preżenti għas-seduti tal-15 ta' Lulju 2014 u tat-12 ta' Novembru 2014 iżda ismu ma kienx fuq ir-reġistru tal-attendenza.

Michela Giuffrida għarraf li kien preżenti għas-seduti tal-20 ta' Ottubru 2014 u tat-12 ta' Jannar 2015 iżda li ismu mhuwiex preżenti fir-reġistru tal-attendenza.

°
° ° °

Intervent ta': Tibor Szanyi dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja.


3. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Kroati kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ivica Tolić u Željana Zovko minflok Andrej Plenković u Davor Ivo Stier bħala Membri tal-Parlament, li tiddekorri mill-24 ta' Ottubru 2016.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Ivica Tolić u Željana Zovko jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Kroati kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Tiemo Wölken minflok Matthias Groote bħala Membru tal-Parlament.

Il-Parlament ħa nota ta' dan b'seħħ mid-data 14 ta' Novembru 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Tiemo Wölken jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


4. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Diane James m'għadhiex membru tal-Grupp EFDD u ħadet postha mal-Membri mhux affiljati mid-19 ta' Novembru 2016.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Gruppi PPE, ALDE u GUE/NGL:

Kumitat DEVE: Željana Zovko

Kumitat IMCO: Morten Løkkegaard minflok Catherine Bearder

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo: Željana Zovko

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Ivica Tolić

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Ukrajna: Dubravka Šuica

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Penisola Għarbija: Ángela Vallina minflok Dennis de Jong

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.


6. Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament – 2018

Il-Konferenza tal-Presidenti, waqt il-laqgħa tagħha tas-27 ta' Ottubru 2016, adottat l-abbozz tal-kalendarju tas-sessjonijiet parzjali għas-sena parlamentari 2018, li qed jitqassam hekk:

—   mill-15 sat-18 ta' Jannar

—   mill-5 sat-8 ta' Frar

—   it-28 ta' Frar u l-1 ta' Marzu

—   mit-12 sal-15 ta' Marzu

—   mis-16 sad-19 ta' April

—   it-2 u t-3 ta' Mejju

—   mit-28 sal-31 ta' Mejju

—   mill-11 sal-14 ta' Ġunju

—   mit-2 sal-5 ta' Lulju

—   mill-10 sat-13 ta' Settembru

—   mill-1 sal-4 ta' Ottubru

—   mit-22 sal-25 ta' Ottubru

—   mit-12 sal-15 ta' Novembru

—   it-28 u d-29 ta' Novembru

—   mill-10 sat-13 ta' Diċembru

Skadenza għat-tressiq tal-emendi: it-Tlieta 22 ta' Novembru 2016 f'12:00.

Votazzjoni: punt 10.1 tal-Minuti ta' 23.11.2016.


7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar il-Erbgħa 23 ta' Novembru 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (00027/2016/LEX - C8-0468/2016 - 2014/0005(COD)).

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (00039/2016/LEX - C8-0467/2016 - 2016/0193(COD)).

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (00044/2016/LEX - C8-0460/2016 - 2012/0236(COD)).


8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605 - C8-0372/2016 - 2016/0282(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
F'konformità mal-Artikolu 332 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

DEVE, AFET, PECH, AGRI, ENVI, EMPL, ITRE, CONT, LIBE, TRAN, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza fl-2017 (COM(2016)0678 - C8-0420/2016 - 2016/2118(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

AFET, LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (10975/2016 - C8-0438/2016 - 2016/0205(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

AFET

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni kodifikata) (COM(2016)0702 - C8-0439/2016 - 2016/0345(COD))

irriferut

responsabbli :

JURI

- Tiġdid parzjali ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat EE (12886/2016 - C8-0445/2016 - 2016/0817(NLE))

irriferut

responsabbli :

CONT

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana - Vetturi (COM(2016)0708 - C8-0454/2016 - 2016/2298(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09264/2016 - C8-0455/2016 - 2015/0113(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, INTA

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0721 - C8-0456/2016 - 2016/0351(COD))

irriferut

responsabbli :

INTA

opinjoni :

ITRE, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (COM(2016)0709 - C8-0457/2016 - 2016/0355(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

LIBE, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK (11342/2016 - C8-0458/2016 - 2016/0217(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, INTA

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta’ diskrepanzi ibridi ma’ pajjiżi terzi (COM(2016)0687 - C8-0464/2016 - 2016/0339(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

INTA, IMCO

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (2016/2030(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Anna Elżbieta Fotyga (A8-0290/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 258/2014 dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perijodu 2014-2020 (COM(2016)0202 - C8-0145/2016 - 2016/0110(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan (A8-0291/2016)

- Rapport dwar il-Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (2016/2056(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Olle Ludvigsson (A8-0294/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (COM(2016)0431 - C8-0242/2016 - 2016/0197(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Emmanuel Maurel (A8-0296/2016)

- Rapport dwar l-applikazzjoni tal-Proċedura għal Ordni ta' Ħlas Ewropea (2016/2011(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0299/2016)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015 (2016/2063(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Ramon Tremosa i Balcells (A8-0302/2016)

- Rapport dwar il-pjan ta' azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi (2016/2076(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Catherine Bearder (A8-0303/2016)

- Rapport fuq opportunitajiet ġodda għal negozji żgħar ta' trasport, inkluż mudelli ta' negozju kollaborattivi (2015/2349(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A8-0304/2016)

- ***I Abbozz ta' rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE (COM(2016)0053 - C8-0034/2016 - 2016/0031(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0305/2016)

- Report dwar l-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (2015/2350(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Keith Taylor (A8-0306/2016)

- Rapport dwar lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (2016/2033(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Werner Langen (A8-0307/2016)

- Rapport dwar ir-responsabbiltà, il-kumpens u l-garanzija finanzjarja għall-operazzjonijiet taż-żejt u l-gass offshore (2015/2352(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0308/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010 (COM(2016)0052 - C8-0035/2016 - 2016/0030(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0310/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' pajjiżi terzi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli speċifiċi ta' importazzjoni tal-Unjoni oħrajn (COM(2016)0044 - C8-0022/2016 - 2016/0029(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Hannu Takkula (A8-0311/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-merkurju, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (COM(2016)0039 - C8-0021/2016 - 2016/0023(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Stefan Eck (A8-0313/2016)

- Rapport dwar id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-Kummissarji - linji gwida (2016/2080(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Pascal Durand (A8-0315/2016)

- Rapport dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża (2016/2052(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Urmas Paet (A8-0316/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni) (2016/2067(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ioan Mircea Paşcu (A8-0317/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh (2016/2115(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0318/2016)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh (2016/2107(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Kostas Chrysogonos (A8-0319/2016)

- Rapport dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2016/2139(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0322/2016)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017 (COM(2016)0312 - C8-0245/2016 - 2016/2119(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Patricija Šulin (A8-0323/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess tal-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (COM(2016)0452 - C8-0333/2016 - 2016/0209(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Emmanuel Maurel (A8-0326/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta' merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru (COM(2016)0477 - C8-0328/2016 - 2016/0229(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Maria Grapini (A8-0329/2016)

- Rapport dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman fis-sena 2015 (2016/2150(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Notis Marias (A8-0331/2016)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn l-Ukrajna u l-Europol (10345/2016 - C8-0267/2016 - 2016/0811(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0342/2016)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (11309/1/2016 - C8-0403/2016 - 2012/0236(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Diane Dodds (A8-0325/2016)


9. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   (O-000121/2016) imressqa minn Anna Maria Corazza Bildt, Barbara Matera, Constance Le Grip, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Elisabeth Morin-Chartier, Siegfried Mureşan, Alessandra Mussolini, Jan Olbrycht, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Franck Proust, Sofia Ribeiro, Tokia Saïfi, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Romana Tomc, Vladimir Urutchev, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský u Milan Zver, f'isem il-Grupp PPE, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Iratxe García Pérez, Maria Arena, Birgit Sippel, Claude Moraes, Eric Andrieu, Lucy Anderson, Hugues Bayet, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Viorica Dăncilă, Jean-Paul Denanot, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Afzal Khan, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Maria Noichl, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Vincent Peillon, Pina Picierno, Kati Piri, Soraya Post, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Liliana Rodrigues u Julie Ward, f'isem il-Grupp S&D, Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar, Hilde Vautmans u Cecilia Wikström, f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Terry Reintke, Josep-Maria Terricabras u Ernest Urtasun, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Malin Björk, Patrick Le Hyaric, Kateřina Konečná, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka u Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Helga Stevens u Julie Girling, lill-Kunsill: L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2016/2966(RSP)) (B8-1805/2016);

—   (O-000122/2016) imressqa minn Anna Maria Corazza Bildt, Barbara Matera, Constance Le Grip, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Mariya Gabriel, Francesc Gambús, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Elisabeth Morin-Chartier, Siegfried Mureşan, Alessandra Mussolini, Jan Olbrycht, Alojz Peterle, Sirpa Pietikäinen, Franck Proust, Sofia Ribeiro, Tokia Saïfi, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Romana Tomc, Vladimir Urutchev, Axel Voss, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský u Milan Zver, f'isem il-Grupp PPE, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Iratxe García Pérez, Maria Arena, Birgit Sippel, Claude Moraes, Eric Andrieu, Lucy Anderson, Hugues Bayet, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Viorica Dăncilă, Jean-Paul Denanot, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Afzal Khan, Cécile Kashetu Kyenge, Miltiadis Kyrkos, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Maria Noichl, Péter Niedermüller, Emilian Pavel, Vincent Peillon, Pina Picierno, Kati Piri, Soraya Post, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Liliana Rodrigues u Julie Ward, f'isem il-Grupp S&D, Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar, Hilde Vautmans u Cecilia Wikström, f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Terry Reintke, Josep-Maria Terricabras u Ernest Urtasun, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Malin Björk, Patrick Le Hyaric, Kateřina Konečná, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka u Marie-Christine Vergiat, f'isem il-Grupp GUE/NGL, Helga Stevens u Julie Girling, lill-Kummissjoni: L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2016/2966(RSP)) (B8-1806/2016);

—   (O-000128/2016) imressqa minn Michael Cramer, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Ftehimiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni (2016/2961(RSP)) (B8-1807/2016);

—   (O-000133/2016) imressqa minn Thomas Händel, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: L-istabbiliment ta' Garanzija ta' Ħiliet (2016/2799(RSP)) (B8-1808/2016);

—   (O-000134/2016), imressqa minn Linda McAvan, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: L-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (2016/2885(RSP)) (B8-1809/2016);

—   (O-000136/2016) imressqa minn Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Finalizzazzjoni ta' Basel III (2016/2959(RSP)) (B8-1810/2016);

—   (O-000138/2016) imressqa minn Bernd Lange u Alessia Maria Mosca, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Il-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali (2016/2980(RSP)) (B8-1811/2016);

—   (O-000143/2016) imressqa minn Arne Gericke, Julie Girling u Helga Stevens, f'isem il-Grupp ECR, lill-Kunsill: L-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2016/2966(RSP)) (B8-1815/2016)

—   (O-000144/2016) imressqa minn Arne Gericke, Julie Girling u Helga Stevens, f'isem il-Grupp ECR, lill-Kummissjoni: L-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (2016/2966(RSP)) (B8-1816/2016)


10. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-azzjoni meħuda dwar ir-Riżoluzzjoni dwar il-Ftehim dwar it-tabakk (il-Ftehim PMI) adottata mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Marzu 2016 qiegħda disponibbli fuq is-sit Europarl.


11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Novembru I 2016 (PE 593.806/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Talba mill-Grupp ECR biex it-titolu tad-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Is-sitwazzjoni fix-Xatt tal-Punent, inklużi l-insedjamenti" (punt 95 tal-PDOJ) jinbidel għal "Sfidi għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofshani".

Interventi ta': Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, u Marita Ulvskog, kontriha.

B'VE (156 favur, 172 kontra, 15 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Gruppi Verts/ALE u GUE/NGL biex jiddaħħal bħala s-sitt punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, wara d-dibattitu dwar ir-rapport ta' Anna Elżbieta Fotyga (A8-0290/2016), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea.

Interventi ta': Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, Anne-Marie Mineur, favuriha, u Daniel Caspary, kontriha.

B'VSI (170 favur, 184 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

°
° ° °

Intervent ta': Andrejs Mamikins b'tifkira tal-54 vittma tas-supermarket li sfronda f'Riga fil-21 ta' Novembru 2013.


12. Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015 (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2015 [2016/2063(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ramon Tremosa i Balcells (A8-0302/2016)

Ramon Tremosa i Balcells ippreżenta r-rapport.

PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN
Viċi President

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Thomas Mann f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, u Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D.

Intervent ta': Mario Draghi (President tal-Bank Ċentrali Ewropew).

Interventi ta': Bernd Lucke f'isem il-Grupp ECR, Fabio De Masi f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Bernard Monot f'isem il-Grupp ENF, Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat, Danuta Maria Hübner, Pervenche Berès, Sander Loones, Dimitrios Papadimoulis, David Coburn, Gerolf Annemans, Eleftherios Synadinos, Romana Tomc, Roberto Gualtieri, Stanisław Ożóg, Beatrix von Storch, Marcus Pretzell, Pedro Silva Pereira u Notis Marias.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Luke Ming Flanagan, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn, Csaba Molnár, Joachim Starbatty, Merja Kyllönen, Daniele Viotti, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Marco Valli, Ruža Tomašić u Peter van Dalen.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jean-Luc Schaffhauser, Georgios Epitideios, Miguel Viegas, Franc Bogovič u Nicola Caputo.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis, Mario Draghi u Ramon Tremosa i Balcells.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.6 tal-Minuti ta' 22.11.2016.


13. Green Paper dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur (dibattitu)

Rapport dwar il-Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur [2016/2056(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Olle Ludvigsson (A8-0294/2016)

Olle Ludvigsson ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Sergio Gutiérrez Prieto (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Gunnar Hökmark f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Stanisław Ożóg f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Anneliese Dodds, Cora van Nieuwenhuizen, João Pimenta Lopes, Sergio Gaetano Cofferati, Nils Torvalds u Ashley Fox.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Nicola Caputo, Stanislav Polčák u Ruža Tomašić.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Olle Ludvigsson.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 5.7 tal-Minuti ta' 22.11.2016.


14. Finalizzazzjoni ta' Basel III (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000136/2016) imressqa minn Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Finalizzazzjoni ta' Basel III (2016/2959(RSP)) (B8-1810/2016)

Roberto Gualtieri daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, Miguel Viegas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Bendt Bendtsen, Cora van Nieuwenhuizen, Pervenche Berès, dwar il-ħin għall-interventi tal-Grupp tagħha, Gunnar Hökmark, Jonás Fernández, Nils Torvalds, Danuta Maria Hübner, Pedro Silva Pereira u Annie Schreijer-Pierik.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta': Neena Gill CBE, Paul Tang, Jeppe Kofod, Sergio Gaetano Cofferati, Bernd Lucke u Bernard Monot.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Othmar Karas, Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Roberto Gualtieri, f'isem il-Kumitat ECON, dwar il-finalizzazzjoni ta' Basel III (2016/2959(RSP)) (B8-1226/2016).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 10.4 tal-Minuti ta' 23.11.2016.

(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit)


15. Unjoni Ewropea tad-Difiża (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża [2016/2052(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Urmas Paet (A8-0316/2016)

Urmas Paet għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michael Gahler, Tonino Picula, Ruža Tomašić, Jasenko Selimovic, Javier Couso Permuy, Reinhard Bütikofer, Jean-Luc Schaffhauser, Georgios Epitideios, Stanislav Polčák, Maria Grapini, Notis Marias, João Pimenta Lopes, Konstantinos Papadakis, Marek Jurek u Maria Lidia Senra Rodríguez.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.8 tal-Minuti ta' 22.11.2016.


16. L-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-isfruttament tal-potenzjal tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-ilma [2015/2350(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Keith Taylor (A8-0306/2016)

Michael Cramer (flok ir-rapporteur) għamel il-preżentazzjoni.

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, João Ferreira, Tomáš Zdechovský u Ruža Tomašić.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.9 tal-Minuti ta' 22.11.2016.


17. It-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp [2016/2139(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Cristian Dan Preda (A8-0322/2016)

Cristian Dan Preda għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Bogdan Brunon Wenta, Victor Negrescu, Notis Marias, Csaba Sógor, Anna Záborská, João Ferreira u Krzysztof Hetman.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 5.10 tal-Minuti ta' 22.11.2016.


18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Tomáš Zdechovský, José Blanco López, Ruža Tomašić, Marian Harkin, Kostas Chrysogonos, Tatjana Ždanoka, Beatrix von Storch, Sotirios Zarianopoulos, Andrea Bocskor, Maria Grapini, Marek Jurek, Jasenko Selimovic, Miguel Viegas, Josep-Maria Terricabras, Gerard Batten, Anna Záborská, Javi López, Notis Marias, Paloma López Bermejo, Ignazio Corrao, Stanislav Polčák, Virginie Rozière, Lynn Boylan, Csaba Sógor, Csaba Molnár, László Tőkés, Victor Negrescu u Deirdre Clune.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 593.806/OJMA).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.40.

Klaus Welle

Ulrike Lunacek

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Albrecht, Ali, Aliot, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrieu, Andrikienė, Androulakis, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Atkinson, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Bashir, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benito Ziluaga, Berès, Bergeron, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Bové, Boylan, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carver, Casa, Caspary, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chauprade, Childers, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Cicu, Ciocca, Cirio, Clune, Coburn, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Comi, Comodini Cachia, Corbett, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds Anneliese, Dodds Diane, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Duncan, Durand, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernández, Ferrand, Ferrara, Ferreira, Finch, Fisas Ayxelà, Fitto, Flanagan, Flašíková Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Geier, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill CBE, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, Goulard, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Händel, Hannan, Harkin, Häusling, Hautala, Hedh, Helmer, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hookem, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jakovčić, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Karim, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köstinger, Kouloglou, Kovács, Kovatchev, Krasnodębski, Krupa, Kudrycka, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lins, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Loones, López, López Aguilar, López Bermejo, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Maragall, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Mato, Maullu, Maurel, Mavrides, Mayer Georg, Mazuronis, Meissner, Mélenchon, Mélin, Melior, Meszerics, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morgano, Morin-Chartier, Mosca, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nieuwenhuizen, Nilsson, Ní Riada, van Nistelrooij, Noichl, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Paksas, Panzeri, Paolucci, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Maydell, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Philippot, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pitera, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radoš, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Reul, Revault D'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Rübig, Ruohonen-Lerner, Sakorafa, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulz, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škrlec, Sógor, Šojdrová, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Spinelli, Spyraki, Staes, Starbatty, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, von Storch, Stuger, Šuica, Sulík, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Bossuyt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wieland, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zagorakis, Zahradil, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Boutonnet, Collins, Crowley, Le Pen Jean-Marie, Maeijer, Maštálka, Matera, Messerschmidt, Metsola, Nart, Parker, Radev, Rochefort, Taylor

Avviż legali - Politika tal-privatezza