5.4. Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet [11309/1/2016 - C8-0403/2016 - 2012/0236(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Diane Dodds (A8-0325/2016) (Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għar-rifjut tal-pożizzjoni tal-Kunsill) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)