Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 22 ta' Novembru 2016 - Strasburgu

14. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Brittaniċi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Alexandra Mayer minflok Richard Howitt bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 15 ta' Novembru 2016.

Il-Parlament ħa nota ta' dan b'seħħ mid-data 15 ta' Novembru 2016.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Alexandra Mayer tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza