Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Novembru 2016 - Strasburgu

4. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta' frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 907/2014 (C(2016)06853 - 2016/2973(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-3 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali li jikkorrispondu għal ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi ta' istituzzjoni (C(2016)06867 - 2016/2972(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-31 ta' Ottubru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fejn tidħol id-definizzjoni ta' skali standard tal-kostijiet tal-unità u ta' somom f'daqqa għar-rimborż mill-Kummissjoni tan-nefqa lill-Istati Membri (C(2016)06906 - 2016/2971(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-31 ta' Ottubru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness (C(2016)07007 - 2016/2976(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), ENVI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tar-rappurtar dwar is-saldi internalizzati (C(2016)07147 – 2016/2982(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-parametri għall-kalkolu ta' penali fi flus għal fallimenti tas-saldu u l-operazzjonijiet tas-CSDs fi Stati Membri ospitanti (C(2016)07154 - 2016/2985(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar ċerti rekwiżiti prudenzjali għal depożitorji ċentrali tat-titoli u istituzzjonijiet ta' kreditu ddeżinjati li joffru servizzi anċillari ta' tip bankarju (C(2016)07158 - 2016/2983(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitarji ċentrali tat-titoli (C(2016)07159 - 2016/2984(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 148/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar ittranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet - C(2016)06624 – 2016/2950(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Ottubru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni komparattiva tal-istandards ta' valutazzjoni tal-portafoll u l-proċeduri ta’ kondiviżjoni ta’ valutazzjoni - C(2016)06703(DEA) – 2016/2963(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Ottubru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għal flussi ta’ ħruġ ta’ likwidità addizzjonali li jikkorrispondu għal ħtiġijiet ta’ kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta’ xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi ta’ istituzzjoni - C(2016)06867 – 2016/2972(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-31 ta' Ottubru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment il-kontenut tar-rappurtar dwar is-saldi internalizzati - C(2016)07147 – 2016/2982(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta 14 ta' Novembru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ċerti rekwiżiti prudenzjali għal depożitorji ċentrali tat-titoli u istituzzjonijiet ta’ kreditu ddeżinjati li joffru servizzi anċillari ta’ tip bankarju - C(2016)07158 – 2016/2983(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta 14 ta' Novembru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-awtorizzazzjoni, is-superviżjoni u r-rekwiżiti operazzjonali għad-depożitorji ċentrali tat-titoli - C(2016)07159 – 2016/2984(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta 14 ta' Novembru 2016 fuq talba tal-kumitat kompetenti
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar ta'dawn l-atti delegati:

- Irtirar tar-Regolament Delegat tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tan-Namibja - C(2016)7060 – Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika - C(2016)04166 – 2016/2840(DEA)
Data ta' riċeviment: 9 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Irtirar tar-Regolament Delegat tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-Ghana- C(2016)07049 – Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika - C(2016)04165 – 2016/2833(DEA)
Data ta' riċeviment: 9 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

Irtirar tar-Regolament Delegat tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tas-Swaziland - C(2016)07061 – Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika - C(2016)04168 – 2016/2834(DEA)
Data ta' riċeviment: 9 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Irtirar tar-Regolament Delegat tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-Kosta tal-Avorju - C(2016)07062 – Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika - C(2016)04172 – 2016/2841(DEA)
Data ta' riċeviment: 9 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Irtirar tar-Regolament Delegat tat-8 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-Botswana - C(2016)07065 – Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika - C(2016)04171 – 2016/2838(DEA)
Data ta' riċeviment: 9 ta' Novembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat fuq it-talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni previst fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li (jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet) C(2016)06265 - 2016/2926(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-3 ta' Ottubru 2016
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn
Irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

Avviż legali - Politika tal-privatezza