Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 23 ta' Novembru 2016 - Strasburgu

PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

10. Ħin tal-votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.

°
° ° °

Interventi ta': Mario Borghezio dwar il-kummenti, li hu jqis bħala offensivi, li saru lbieraħ waqt is-sessjoni dwar il-President Elett tal-Istati Uniti (il-President ħa nota ta' dan), u Ulrike Trebesius dwar l-inammissibilità tal-emenda li l-grupp tagħha ressaq għall-kalendarju tal-Parlament (il-President spjega r-raġunijiet tiegħu).


10.1. Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament – 2018 (votazzjoni)

10.2. Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-ftehim propost bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) (votazzjoni)

10.3. Emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I (votazzjoni)

10.4. Finalizzazzjoni ta' Basel III (votazzjoni)

10.5. L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (votazzjoni)

10.6. Komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (votazzjoni)

10.7. Il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali (votazzjoni)

10.8. Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva bentażon (votazzjoni)
Avviż legali - Politika tal-privatezza