Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 30 ta' Novembru 2016 - Brussell

10. Ordni tal-ħidma

L-abbozz finali tal-ordni tal-ħidma tas-seduti plenarja tat-30 ta' Novembru u tal-1 ta' Diċembru 2016 (PE 594.672/OJ) tqassam, u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Il-President ippropona, bil-qbil tal-gruppi politiċi, li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-1304/2016 u B8-1305/2016 li jitolbu opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, jiddaħħlu fil-ħin għall-votazzjonijiet tal-Ħamis.

Il-Parlament approva l-proposta.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza