Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna l-attentati reċenti li saru f'Istanbul, Mogadishu u l-Kajr, li rriżultaw f'ħafna vittmi. Huwa semma wkoll l-isfrundar ta' saqaf ta' knisja f'Uyo (in-Niġerja), li wassal għal madwar 160 vittma. Huwa offra l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.
Barra minn hekk semma x-xorti ħażina tal-immigrant Irlandiż Ibrahim Halawa, li tressaq il-qorti fl-Eġittu talli pparteċipa f'manifestazzjoni, u li qed jirriskja l-piena tal-mewt, u kkomunika li talab lill-President tar-Repubblika tal-Eġittu biex iqis il-fatt li l-akkużat kien minuri fil-mument li fih saru l-fatti li hu mixli bihom.
Huwa fl-aħħar avża li talab lill-Prim Ministru Etjopjan għall-ħelsien immedjat tar-rival Merera Gudina, arrestat fit-30 ta' Novembru 2016 huwa u jirritorna minn vjaġġ fl-Ewropa li matulu kien iltaqa' b'mod partikolari ma' Membri tal-Parlament Ewropew.