Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu

8. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13037/2016 - C8-0490/2016 - 2016/0307(NLE))

irriferut

responsabbli :

INTA

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13391/2016 - C8-0491/2016 - 2013/0115(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

JURI, INTA

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (COM(2016)0750 - C8-0496/2016 - 2016/0392(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ENVI

opinjoni :

AGRI, INTA, IMCO

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 - C8-0498/2016 - 2016/0376(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (COM(2016)0765 - C8-0499/2016 - 2016/0381(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

ENVI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001 (COM(2016)0745 - C8-0501/2016 - 2016/0368(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

ITRE

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 - C8-0332/2016 - 2016/0192(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Jørn Dohrmann (A8-0321/2016)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (2016/2226(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Maria Arena (A8-0330/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/1/2010 - C7-0097/2011 - 2010/0323(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Maria Arena (A8-0332/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (COM(2016)0082 - C8-0061/2016 - 2016/0050(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0338/2016)

- Rapport dwar l-għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli (2016/2034(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Angélique Delahaye (A8-0339/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)0543 - C8-0352/2016 - 2016/0259(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Mircea Diaconu (A8-0340/2016)

- Rapport dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (2016/2114(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A8-0344/2016)

- Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (2016/2009(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: József Nagy (A8-0345/2016)

- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015) (2016/2219(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Josef Weidenholzer (A8-0355/2016)

- Rapport dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (2016/2072(INI)) - Kumitat ITRE - Kumitat CULT - Rapporteur: Christian Ehler - Rapporteur: Luigi Morgano (A8-0357/2016)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2016)0075 - C8-0099/2016 - 2016/0047(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0358/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (2016/2036(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0360/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07620/2016 - C8-0463/2016 - 2016/0092(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0362/2016)

- Rapport dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant (2016/2060(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0365/2016)

- Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015 (2016/2146(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Ángela Vallina (A8-0366/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni (16152/2014 - C8-0152/2015 - 2014/0195(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0367/2016)

- * Rapport dwar in-nomina ta' Juhan Parts bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12886/2016 - C8-0445/2016 - 2016/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0375/2016)

- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa Report on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund (application from Spain – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive) (COM(2016)0708 - C8-0454/2016 - 2016/2298(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Esteban González Pons (A8-0379/2016)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: David-Maria Sassoli (A8-0371/2016)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (11625/1/2016 - C8-0427/2016 - 2012/0179(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Isabelle Thomas (A8-0369/2016)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 - C8-0425/2016 - 2013/0028(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0373/2016)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (11197/1/2016 - C8-0424/2016 - 2013/0013(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0368/2016)

Avviż legali - Politika tal-privatezza