Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija [11197/1/2016 - C8-0424/2016 - 2013/0013(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0368/2016)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija [11198/1/2016 - C8-0425/2016 - 2013/0028(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0373/2016)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja [11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: David-Maria Sassoli (A8-0371/2016)
Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Bogusław Liberadzki f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Curzio Maltese f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Tibor Szanyi u Maria Grapini, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Andor Deli, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Pavel Telička, Xabier Benito Ziluaga, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' José Blanco López, Jill Seymour, Dieter-Lebrecht Koch, Inés Ayala Sender, Dominique Riquet, João Ferreira, Deirdre Clune, Claudia Țapardel, Michaela Šojdrová, Karoline Graswander-Hainz, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska u Ismail Ertug.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Nicola Caputo, Notis Marias, Gesine Meissner u Eleftherios Synadinos.
Interventi ta': Violeta Bulc, Merja Kyllönen, Wim van de Camp u David-Maria Sassoli.