Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna l-attentati reċenti li saru f'Istanbul, Mogadishu u l-Kajr, li rriżultaw f'ħafna vittmi. Huwa semma wkoll l-isfrundar ta' saqaf ta' knisja f'Uyo (in-Niġerja), li wassal għal madwar 160 vittma. Huwa offra l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi.
Barra minn hekk semma x-xorti ħażina tal-immigrant Irlandiż Ibrahim Halawa, li tressaq il-qorti fl-Eġittu talli pparteċipa f'manifestazzjoni, u li qed jirriskja l-piena tal-mewt, u kkomunika li talab lill-President tar-Repubblika tal-Eġittu biex iqis il-fatt li l-akkużat kien minuri fil-mument li fih saru l-fatti li hu mixli bihom.
Huwa fl-aħħar avża li talab lill-Prim Ministru Etjopjan għall-ħelsien immedjat tar-rival Merera Gudina, arrestat fit-30 ta' Novembru 2016 huwa u jirritorna minn vjaġġ fl-Ewropa li matulu kien iltaqa' b'mod partikolari ma' Membri tal-Parlament Ewropew.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 30 ta' Novembru 2016 u 1 ta' Diċembru 2016 ġew approvati.
° ° ° °
Ernest Urtasun avża li huwa kien preżenti għas-sessjoni tat-30 ta' Novembru 2016 imma li ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
Pablo Zalba Bidegain inħatar President tal-Instituto de Crédito Oficial fi Spanja.
Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(3) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru Ewropew u jiddikjara s-siġġu tiegħu vakanti b'effett mit-18 ta' Novembru 2016 u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
5. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Alessandra Mussolini ngħaqdet mal-Grupp PPE b'effett li jiddekorri mid-data 12 ta' Diċembru 2016.
6. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 14 ta' Diċembru 2016 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni għal dak li jirrigwarda d-data ta’ applikazzjoni tiegħu (00051/2016/LEX - C8-0513/2016 - 2016/0355(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fir-rigward ta’ merkanzija li tkun telqet temporanjament mit-territorju doganali tal-Unjoni bil-baħar jew bl-ajru (00050/2016/LEX - C8-0512/2016 - 2016/0229(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprevedi assistenza makrofinanzjarja lir-Renju Ħaxemita tal-Ġordan (00045/2016/LEX - C8-0511/2016 - 2016/0197(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (00034/2016/LEX - C8-0510/2016 - 2013/0443(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni) (00035/2016/LEX - C8-0509/2016 - 2014/0091(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (00046/2016/LEX - C8-0507/2016 - 2012/0179(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (00049/2016/LEX - C8-0505/2016 - 2013/0029(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (00048/2016/LEX - C8-0504/2016 - 2013/0028(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (00047/2016/LEX - C8-0503/2016 - 2013/0013(COD))
7. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000135/2016) mressqa minn Giovanni La Via, Françoise Grossetête, Elena Gentile, Bolesław G. Piecha, Frédérique Ries, Stefan Eck u Joëlle Mélin, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Mediċini pedjatriċi, (2016/2902(RSP)) (B8-1818/2016);
- (O-000145/2016) mressqa minn Mady Delvaux, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: Rikonoxximent tal-kontenut ta' dokumenti tal-istat ċivili (2016/3000(RSP)) (B8-1819/2016);
- (O-000142/2016) mressqa minn Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, lill-Kummissjoni: Obbligi fil-qasam tar-reċiproċità tal-viża, (2016/2986(RSP)) (B8-1820/2016).
8. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (13037/2016 - C8-0490/2016 - 2016/0307(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (13391/2016 - C8-0491/2016 - 2013/0115(NLE))
irriferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
JURI, INTA
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż (COM(2016)0750 - C8-0496/2016 - 2016/0392(COD)) F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
AGRI, INTA, IMCO
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016)0761 - C8-0498/2016 - 2016/0376(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (COM(2016)0765 - C8-0499/2016 - 2016/0381(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
ENVI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001 (COM(2016)0745 - C8-0501/2016 - 2016/0368(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
ITRE
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Isvezja (10711/2016 - C8-0332/2016 - 2016/0192(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Jørn Dohrmann (A8-0321/2016)
- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'kunsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (2016/2226(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Maria Arena (A8-0330/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (16384/1/2010 - C7-0097/2011 - 2010/0323(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Maria Arena (A8-0332/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (COM(2016)0082 - C8-0061/2016 - 2016/0050(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Gesine Meissner (A8-0338/2016)
- Rapport dwar l-għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli (2016/2034(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Angélique Delahaye (A8-0339/2016)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (COM(2016)0543 - C8-0352/2016 - 2016/0259(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Mircea Diaconu (A8-0340/2016)
- Rapport dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew (2016/2114(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Richard Corbett (A8-0344/2016)
- Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (2016/2009(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: József Nagy (A8-0345/2016)
- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015) (2016/2219(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Josef Weidenholzer (A8-0355/2016)
- Rapport dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (2016/2072(INI)) - Kumitat ITRE - Kumitat CULT - Rapporteur: Christian Ehler - Rapporteur: Luigi Morgano (A8-0357/2016)
- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm (COM(2016)0075 - C8-0099/2016 - 2016/0047(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0358/2016)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (2016/2036(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Elmar Brok (A8-0360/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador (07620/2016 - C8-0463/2016 - 2016/0092(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0362/2016)
- Rapport dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant (2016/2060(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0365/2016)
- Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2015 (2016/2146(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Ángela Vallina (A8-0366/2016)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni (16152/2014 - C8-0152/2015 - 2014/0195(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Pier Antonio Panzeri (A8-0367/2016)
- * Rapport dwar in-nomina ta' Juhan Parts bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (12886/2016 - C8-0445/2016 - 2016/0817(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bart Staes (A8-0375/2016)
- Dan it-titolu m'huwiex disponibbli fil-lingwi kollha bhalissa Report on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund (application from Spain – EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive) (COM(2016)0708 - C8-0454/2016 - 2016/2298(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Esteban González Pons (A8-0379/2016)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: David-Maria Sassoli (A8-0371/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (11625/1/2016 - C8-0427/2016 - 2012/0179(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Isabelle Thomas (A8-0369/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija (11198/1/2016 - C8-0425/2016 - 2013/0028(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0373/2016)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (11197/1/2016 - C8-0424/2016 - 2013/0013(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0368/2016)
9. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Diċembru 2016 (PE 595.324/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 152 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar ir-rapport Corbett dwar ir-Reviżjoni Ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (A8-0344/2016), wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pakkett “Enerġija Nadifa għal Kulħadd” (punt 86 tal-PDOJ).
Interventi ta': Helmut Scholz, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Philippe Lamberts, favur it-talba.
- Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni f'Aleppo, bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar.
Interventi ta': Edouard Ferrand f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba, u Jean-Luc Schaffhauser, favur it-talba.
Il-Parlament irrifjuta t-talba.
- Talba tal-Grupp EFDD biex tiddaħħal fl-aġenda d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-Polonja (punt 103 tal-PDOJ).
Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, Marek Jurek, favur it-talba, Janusz Lewandowski, li jqis li d-data tad-dibattitu mhijiex magħżula sew għaliex tikkorrispondi għall-ħamsa u tletin anniversarju tal-impożizzjoni tal-liġi marzjali fil-Polonja u ppropona li l-kwistjoni tiġi trattata fil-Kumitat LIBE (fil-preżenza tal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans) qabel ma terġa' tiġi trattata fil-plenarja, Terry Reintke, kontra t-talba tal-Grupp EFDD, u Bogusław Liberadzki, li ppropona li d-dibattitu jseħħ f'Jannar jew inkella l-Erbgħa 14 ta' Diċembru 2016.
- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija u l-istabbiliment mill-ġdid tat-trasferimenti ta' Dublin, bħala t-tieni punt ta' waranofsinhar.
Interventi ta': Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, u Ska Keller, favur it-talba.
- Talba tal-Grupp EFDD biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal- Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-Attakk kontra katedral Koptu fil-Kajr - libertà tar-reliġjon u tat-twemmin.
Interventi ta': James Carver f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba, Philippe Lamberts, favur it-talba, u Pier Antonio Panzeri, kontra t-talba.
10. Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***II - Is-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri ***II - Żona ferrovjarja unika Ewropea***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija [11197/1/2016 - C8-0424/2016 - 2013/0013(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0368/2016)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija [11198/1/2016 - C8-0425/2016 - 2013/0028(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0373/2016)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja [11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: David-Maria Sassoli (A8-0371/2016)
Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Bogusław Liberadzki f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Curzio Maltese f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Doru-Claudian Frunzulică, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Tibor Szanyi u Maria Grapini, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Andor Deli, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Pavel Telička, Xabier Benito Ziluaga, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' José Blanco López, Jill Seymour, Dieter-Lebrecht Koch, Inés Ayala Sender, Dominique Riquet, João Ferreira, Deirdre Clune, Claudia Țapardel, Michaela Šojdrová, Karoline Graswander-Hainz, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska u Ismail Ertug.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Ivana Maletić, Nicola Caputo, Notis Marias, Gesine Meissner u Eleftherios Synadinos.
Interventi ta': Violeta Bulc, Merja Kyllönen, Wim van de Camp u David-Maria Sassoli.
11. L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I (dibattitu)
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet [COM(2013)0296 - C7-0144/2013 - 2013/0157(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0023/2016)
Interventi ta': Elissavet Vozemberg-Vrionidi f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Bogusław Liberadzki f'isem il-Grupp S&D, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Merja Kyllönen f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Ryszard CZARNECKI Viċi President
Interventi ta': Jill Seymour f'isem il-Grupp EFDD, Diane Dodds Membru mhux affiljata, Wim van de Camp, Isabella De Monte, Ruža Tomašić, Rosa D'Amato, Lampros Fountoulis, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Inés Ayala Sender, Amjad Bashir, Bendt Bendtsen, Janusz Zemke u Maria Grapini.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Nicola Caputo, Notis Marias, João Ferreira, Clara Eugenia Aguilera García u Lucy Anderson.
José Inácio Faria m'għadux Membru tal-Grupp ALDE u ngħaqad mal-Grupp PPE mit-12 ta' Diċembru 2016.
13. Kompożizzjoni tal-kumitati
Il-President irċieva t-talba ta' ħatra li ġejja mill-Grupp PPE:
Kumitat ENVI: Ivica Tolić minflok Dubravka Šuica
Din il-ħatra se titqies ratifikata jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
14. Atlantiku tal-Grigal: stokkijiet tal-baħar fond u sajd fl-ilmijiet internazzjonali *** II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 [11625/1/2016 - C8-0427/2016 - 2012/0179(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Isabelle Thomas (A8-0369/2016)
Isabelle Thomas ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Interventi ta': Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Czesław Hoc f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, João Ferreira f'isem il-Grupp GUE/NGL, Linnéa Engström f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Affronte f'isem il-Grupp EFDD, Sylvie Goddyn f'isem il-Grupp ENF, Alain Cadec, Clara Eugenia Aguilera García, David Coburn, Jarosław Wałęsa u Renata Briano.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Francisco José Millán Mon, José Blanco López, Notis Marias u Nicola Caputo.
15. Sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (dibattitu)
Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 [2016/2009(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: József Nagy (A8-0345/2016)
Interventi ta': Cristian Dan Preda (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO) u Florent Marcellesi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM).
PRESIDENZA: Adina-Ioana VĂLEAN Viċi President
Interventi ta': Edouard Martin (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Pavel Svoboda f'isem il-Grupp PPE, Péter Niedermüller f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Josep-Maria Terricabras f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Vicky Maeijer f'isem il-Grupp ENF, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Carlos Coelho, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Monica Macovei, Marina Albiol Guzmán, Mylène Troszczynski, Csaba Sógor, Soraya Post, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pál Csáky, Caterina Chinnici, Kazimierz Michał Ujazdowski u Juan Fernando López Aguilar.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Branislav Škripek, Izaskun Bilbao Barandica, Sofia Sakorafa, Georgios Epitideios u Ramon Tremosa i Balcells.
16. Politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi [2016/2072(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteurs: Christian Ehler u Luigi Morgano (A8-0357/2016)
Christian Ehler u Luigi Morgano għamlu l-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Silvia Costa, Notis Marias, Constance Le Grip, José Blanco López, João Ferreira, Bogdan Brunon Wenta u Jasenko Selimovic.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).
17. Id-Drittijiet tan-Nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Istati tas-Sħubija tal-Lvant [2016/2060(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Mariya Gabriel (A8-0365/2016)
Constance Le Grip (flok ir-rapporteur) għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Tibor Szanyi, Notis Marias, Jasenko Selimovic u Nicola Caputo.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).
18. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Ivan Štefanec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Urszula Krupa, Izaskun Bilbao Barandica, Josu Juaristi Abaunz, Ernest Maragall, Janusz Korwin-Mikke, Pál Csáky, Jonás Fernández, Michaela Šojdrová, Notis Marias, Anna Maria Corazza Bildt, Tibor Szanyi, Jozo Radoš, Liadh Ní Riada, Josep-Maria Terricabras, Stanislav Polčák, Julie Ward, Maria Lidia Senra Rodríguez, Emilian Pavel, Nicola Caputo, Deirdre Clune u Jasenko Selimovic.
19. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 595.324/OJMA).