Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 13 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

12. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat ECON bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P7_TA(2013)0114(COR02) għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)(pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva kkwotata hawn fuq P7_TA(2013)0114 (ĠU C 45, 5.2.2016, p. 118)) (COM(2011)0453 – C7-0210/2011 – 2011/0203(COD)) - Kumitat ECON

Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies approvata sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwarha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza