15. Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti *** - Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Użbekistan u l-kummerċ bilaterali tat-tessuti (riżoluzzjoni) (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti [16384/1/2010 - C7-0097/2011- 2010/0323(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Maria Arena (A8-0332/2016)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti [2016/2226(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Maria Arena (A8-0330/2016)
Maria Arena ppreżentat ir-rakkomandazzjoni u r-rapport.
Interventi ta': Elmar Brok (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Ulrike Lunacek (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Godelieve Quisthoudt-Rowohl f'isem il-Grupp PPE, Arne Lietz f'isem il-Grupp S&D, u Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Klaus Buchner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Daniel Caspary, Brando Benifei, Laima Liucija Andrikienė, Jarosław Wałęsa, Eduard Kukan u Adam Szejnfeld.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Herbert Dorfmann u Ivan Jakovčić.