Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 14 ta' Diċembru 2016 - Strasburgu

9. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.


9.1. Proċedimenti ta' insolvenza u prattikanti fl-insolvenza ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi l-listi tal-proċedimenti ta' insolvenza u l-prattikanti fl-insolvenza fl-Annessi A u B tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza [COM(2016)0317 - C8-0196/2016 - 2016/0159(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0324/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI u ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0488)


9.2. Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE/Użbekistan u l-kummerċ bilaterali fit-tessuti *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti [16384/1/2010 - C7-0097/2011- 2010/0323(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Maria Arena (A8-0332/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0489)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.

Interventi

Qabel il-votazzjoni: Ulrike Lunacek f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jitlob, bi qbil mal-Artikolu 190 tar-Regoli ta' Proċedura, ir-rapport tal- votazzjoni, Maria Arena (rapporteur) kontra t-talba.

B'VSI (129 favur, 545 kontra, 28 astensjonijiet) il-Parlament irrifjuta t-talba.


9.3. Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Użbekistan u l-kummerċ bilaterali tat-tessuti (riżoluzzjoni) (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, b'konsiderazzjoni tal-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti [2016/2226(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Maria Arena (A8-0330/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0490)


9.4. Ftehim ta' Kummerċ UE-Kolombja u Perù (adeżjoni tal-Ekwador) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll ta' Adeżjoni għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Ekwador [07620/2016 - C8-0463/2016 - 2016/0092(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0362/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0491)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


9.5. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja [10711/2016 - C8-0332/2016- 2016/0192(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jørn Dohrmann (A8-0321/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0492)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


9.6. Ftehim UE-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar aċċess reċiproku għas-sajd fi Skagerrak għal bastimenti li jtajru l-bandiera tad-Danimarka, tan-Norveġja u tal-Iżvezja [2016/2229(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Jørn Dohrmann (A8-0320/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0493)


9.7. Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol * (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn il-Georgia u l-Europol [10343/2016 - C8-0266/2016 - 2016/0810(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Claude Moraes (A8-0343/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA-PROV(2016)0494)


9.8. Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive - Spanja (votazzjoni)

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni minn Spanja - EGF/2016/004 ES/Comunidad Valenciana automotive [COM(2016)0708 - C8-0454/2016 - 2016/2298(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Esteban González Pons (A8-0379/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0495)


9.9. Normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija [11197/1/2016 - C8-0424/2016 - 2013/0013(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Merja Kyllönen (A8-0368/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA-PROV(2016)0496)


9.10. Is-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija [11198/1/2016 - C8-0425/2016 - 2013/0028(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Wim van de Camp (A8-0373/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA-PROV(2016)0497)


9.11. Żona ferrovjarja unika Ewropea ***II (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja [11199/1/2016 - C8-0426/2016 - 2013/0029(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: David-Maria Sassoli (A8-0371/2016)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Dikjarat approvat (P8_TA-PROV(2016)0498)


9.12. L-aċċess għas-suq ta' servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet ***I (votazzjoni)

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet [COM(2013)0296 - C7-0144/2013 - 2013/0157(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Knut Fleckenstein (A8-0023/2016)

Id-dibattitu sar fid-data 7 ta' Marzu 2016 (punt 14 tal-Minuti ta' 7.3.2016).

Il-votazzjoni ġiet posposta għal waqt is-seduta tad-data 8 ta' Marzu 2016 (punt 6.3 tal-Minuti ta' 8.3.2016).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA-PROV(2016)0499)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0499)

Interventi

Vytenis Povilas Andriukaitis (Membru tal-Kummissjoni) għamel dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni, u James Carver.


9.13. Ħatra ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Juhan Parts (votazzjoni)

Rapport dwar il-ħatra ta' Juhan Parts bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [12886/2016 - C8-0445/2016 - 2016/0817(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bart Staes (A8-0375/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Votazzjoni permezz ta' vot sigriet)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 14.12.2016)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0500)

Interventi

Bart Staes (rapporteur).


9.14. Programm ta’ Riċerka tal-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar * (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2008/376/KE dwar l-adozzjoni tal-Programm ta' Riċerka tal-Fond Ewropew għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar u dwar il-linji gwida tekniċi pluriennali għal dan il-programm [COM(2016)0075 - C8-0099/2016 - 2016/0047(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0358/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni b'emendi (P8_TA-PROV(2016)0501)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0501)


9.15. Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015) (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2015) [2016/2219(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Josef Weidenholzer (A8-0355/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0502)


9.16. Implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (votazzjoni)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni [2016/2036(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Elmar Brok (A8-0360/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0503)


9.17. Għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli (votazzjoni)

Rapport dwar l-għodod tal-PAK biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq agrikoli [2016/2034(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Angélique Delahaye (A8-0339/2016)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA-PROV(2016)0504)

PRESIDENZA: Anneli JÄÄTTEENMÄKI
Viċi President

Avviż legali - Politika tal-privatezza