Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Ksur ta' data tal-Europol tal-fajls rigward l-investigazzjonijiet dwar it-terroriżmu (2016/3031(RSP))
Ivan Korčok (President fil-kariga tal-Kunsill) u Dimitris Avramopoulos (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Intervent ta': Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE.
PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS Viċi President
Interventi ta': Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Cornelia Ernst f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Marcus Pretzell f'isem il-Grupp ENF, Monika Hohlmeier, Juan Fernando López Aguilar, Morten Helveg Petersen, Marie-Christine Arnautu, Axel Voss, Caterina Chinnici, Gérard Deprez, Jeroen Lenaers u Afzal Khan.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias, Charles Tannock u Doru-Claudian Frunzulică.
Interventi ta': Dimitris Avramopoulos, Ivan Korčok u Sophia in 't Veld dwar it-tweġibiet mogħtija mill-President tal-Kunsill.