Il-President irċieviet mingħand il-Gruppi PPE, S&D u ECR it-talbiet għal nomini li ġejjin:
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku: Pilar Ayuso
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: Stanislav Polčák minflok Tom Vandenkendelaere
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u n-New Zealand: Tom Vandenkendelaere minflok Stanislav Polčák
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Maria Arena minflok Iliana Iotova
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro: Peter Kouroumbashev minflok Iliana Iotova
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-KE: Syed Kamall minflok Emma McClarkin
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.