23. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq (C(2016)08381 - 2016/3048(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi mill-magni b'kombustjoni interna fis-servizz installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (C(2016)08383 - 2016/3049(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' Diċembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessI tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-massa tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, fl-2014 ufl-2015 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (C(2016)08395 - 2016/3046(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Diċembru 2016
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bir-Rumen u bis-Slovakk tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (C(2016)08410 - 2016/3045(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' Diċembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' tranżizzjoni li jirrigwardaw l-arranġamenti tal-iskemi tal-pensjonijiet (C(2016)08542 - 2016/3050(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Diċembru 2016
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessIII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2016)08996 - 2017/2511(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Jannar 2017
Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 billi jidentifika pajjiżi terzi b’riskju kbir b’nuqqasijiet strateġiċi C(2016)07495 - 2016/3007(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: Xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Novembru 2016