Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 1 ta' Frar 2017 - Brussell

11. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji tal-1 u t-2 ta' Frar 2017 (PE 598.387/OJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Interventi ta': Jo Leinen, Anna Maria Corazza Bildt, Anna Elżbieta Fotyga, Peter Lundgren, Nigel Farage, Notis Marias, Ana Gomes, Janice Atkinson u Nikolay Barekov.

L-Erbgħa

Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidliet li ġejjin:

- Tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b'segwitu għall-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti;

- Tiddaħħal bħala t-tielet punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali;

- Posponiment għas-sessjoni parzjali ta' Frar II tad-dibattitu dwar il-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx.

Il-Parlament adotta dawn il-proposti u s-seduta b'hekk se ddum sa 24.00.

Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal bħala t-tieni punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-attivitajiet sigrieti tal-INTCEN (Ċentru ta' Analiżi tas-SEAE).

Intervent ta': Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Gruppi PPE u ALDE biex tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, u Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ngħaqdet magħha u talbet barra minn hekk li l-Kumitat LIBE jkollu dibattitu dwar il-kwistjoni, u li tintbagħat missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fir-Rumanija.

Il-Parlament approva t-talbiet.

Konsegwentement għada l-votazzjonijiet se jibdew fil-11.30 minflok fil-11.00.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Rebecca Harms.

Avviż legali - Politika tal-privatezza