Indiċi 
Minuti
PDF 249kWORD 74k
L-Erbgħa, 1 ta' Frar 2017 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 3.Verifika tal-kredenzjali
 4.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 5.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 6.Trasferiment ta' approprjazzjonijiet
 7.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 8.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Dokumenti mressqa
 11.Ordni tal-ħidma
 12.Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b'segwitu għall-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti (dibattitu)
 13.Stat tal-Unjoni tal-Enerġija (dibattitu)
 14.Ġestjoni tal-migrazzjoni tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali (dibattitu)
 15.Sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (dibattitu)
 16.Kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (dibattitu)
 17.Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili (dibattitu)
 18.Klawsola ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù ***I (dibattitu)
 19.Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***I (dibattitu)
 20.Implimentazzjoni dwar Erasmus + (dibattitu)
 21.Approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità (preżentazzjoni qasira)
 22.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 23.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 24.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.05.


2. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.

°
° ° °

Andi Cristea kien preżenti għas-seduta ta' 19 ta' Jannar 2017 imma ismu ma jidhirx fil-lista tal-attendenza.


3. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandati ta' John Procter b'effett mis-17 ta' Novembru 2016 u ta' Jordi Solé b'effett mit-3 ta' Jannar 2017, rispettivament.


4. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Gruppi PPE, ALDE, GUE/NGL, Verts/ALE u ENF, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Kumitat CONT: Hannu Takkula minflok Michael Theurer

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran: Francesc Gambús minflok Esteban González Pons

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarussja: Anneli Jäätteenmäki minflok Nils Torvalds

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Jaromír Kohlíček, Anneli Jäätteenmäki minflok Nils Torvalds

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: Jordi Solé

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: Julia Reda minflok Max Andersson

Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku: Mireille D'Ornano minflok Jean-François Jalkh.


5. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar d-deċiżjoni tal-kumitat responsabbli biex jidħol f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (COM(2016)0388 – C8-0220/2016 – 2016/0182(COD)). Rapporteur: Philippe Lamberts (A8-0008/2017)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, it-talbiet biex id-deċiżjoni dwar id-dħul f'negozjati interistituzzjonali jitqiegħdu għall-votazzjoni għandhom jintbagħtu sa tmiem il-jum ta' għada l-Ħamis 2 ta' Frar 2017.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun skadiet l-iskadenza jekk l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati ma tkun ġiet ippreżentata.


6. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Skont l-Artikoli 27 u 179 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 40/2016 - Taqsima III – Il-Kummissjoni.

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jesprimix oġġezzjonijiet għat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri V/AB-01/C/17.


7. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Lulju 2016, ta' Ottubru I u ta' Ottubru II 2016 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


8. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2251 tal-4 ta' Ottubru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għall-kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn kontroparti ċentrali (C(2017)00149 - 2017/2532(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2017

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reżistenza għall-ġlata għall-madum tat-tafal skont EN 1304 skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2017)00315 - 2017/2543(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 27 ta' Jannar 2017

Irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessIII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati C(2016)08996 - 2017/2511(DEA)

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Jannar 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn

Irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA


9. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta' metodi alternattivi għall-ipproċessar ta' ċerti xaħmijiet immaċinati (D044352/06 - 2017/2541(RPS) - skadenza: 25 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi indikattivi tal-elementi li għandhom jitqiesu fit-tħejija tal-istrateġiji tal-baħar (D044527/03 - 2017/2531(RPS) - skadenza: 20 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (D046061/03 - 2017/2530(RPS) - skadenza: 20 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 152/2009 fir-rigward tal-metodi għad-determinazzjoni tal-livelli tad-diossini u l-poliklorobifenili (D047571/03 - 2017/2522(RPS) - skadenza: 19 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (D047980/02 - 2017/2534(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (D048132/02 - 2017/2535(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin (D048133/02 - 2017/2536(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (D048142/02 - 2017/2537(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (D048143/03 - 2017/2542(RPS) - skadenza: 26 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (D048144/02 - 2017/2538(RPS) - skadenza: 24 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-fenpirossimat, triadimenol u triadimefon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D048327/02 - 2017/2528(RPS) - skadenza: 20 ta' Marzu 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwi għal bitertanol, klormekwat u tebufenpirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (D048330/02 - 2017/2539(RPS) - skadenza: 24 ta' Marzu 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-bifenażat, għad-daminożid u għat-tolilfluwanid f'ċerti prodotti jew fuqhom (D048340/02 - 2017/2521(RPS) - skadenza: 19 ta' Marzu 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-klotijanidin u t-tijametossam f'ċerti prodotti jew fuqhom (D048557/02 - 2017/2540(RPS) - skadenza: 25 ta' Marzu 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tad-definizzjonijiet ta' ħut mitħun u ta' żejt tal-ħuta (D048570/03 - 2017/2533(RPS) - skadenza: 21 ta' April 2017)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


10. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 01/2017 – Taqsima III – Il-Kummissjoni (N8-0004/2017 - C8-0019/2017 - 2017/2016(GBD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta’ regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet (COM(2016)0822 - C8-0012/2017 - 2016/0404(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

IMCO

opinjoni:

PETI, CULT, ENVI, EMPL, JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament ... [ir-Regolament tal-ESC] (COM(2016)0823 - C8-0013/2017 – 2016/0402(COD))
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 304 u 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

IMCO

opinjoni:

PETI, ENVI, EMPL, ITRE, JURI, ECON, CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati (COM(2016)0824 - C8-0014/2017 – 2016/0403(COD))
Skont l-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

IMCO

opinjoni:

PETI, ENVI, EMPL, ITRE, JURI, ECON, CONT

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni min-Netherlands – EGF/2016/005 NL/Drenthe Overijssel Retail (COM(2016)0742 - C8-0018/2017 – 2017/2014(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

EMPL, REGI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (COM(2017)0038 - C8-0021/2017 – 2017/0013(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE, JURI

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse change ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu (COM(2016)0811 - C8-0023/2017 – 2016/0406(CNS))

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' Rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (COM(2016)0851 - C8-0478/2016 – 2016/0361(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

AFCO, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2016)0850 - C8-0480/2016 – 2016/0360(COD))
F'konformità mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

ITRE, JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE, id-Direttiva 2007/36/KE (COM(2016)0852 - C8-0481/2016 – 2016/0362(COD))
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.

irriferut

responsabbli:

ECON

opinjoni:

EMPL, ITRE, JURI

2) mill-kumitati parlamentari, ir-rapporti

- Rapport dwar kontroll tar-Reġistru u kompożizzjoni tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni (2015/2319(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Dennis de Jong (A8-0002/2017)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (COM(2016)0388 - C8-0220/2016 - 2016/0182(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Philippe Lamberts (A8-0008/2017)

- Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-aspetti transfruntiera tal-adozzjonijiet (2015/2086(INL)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A8-0370/2016)

- Rapport dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità (2016/2143(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Hannu Takkula (A8-0381/2016)

- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (08919/2016 - C8-0218/2016 – 2015/0114(NLE)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0382/2016)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra (2016/2231(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Helmut Scholz (A8-0383/2016)

- Rapport dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (2014/2249(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteurs: Elmar Brok, Mercedes Bresso (A8-0386/2016)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi "Erasmus+": il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (2015/2327(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Milan Zver (A8-0389/2016)

- Rapport dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2014/2248(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Guy Verhofstadt (A8-0390/2016)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (COM(2016)0271 - C8-0174/2016 - 2016/0131(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Péter Niedermüller (A8-0392/2016)


11. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji tal-1 u t-2 ta' Frar 2017 (PE 598.387/OJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Interventi ta': Jo Leinen, Anna Maria Corazza Bildt, Anna Elżbieta Fotyga, Peter Lundgren, Nigel Farage, Notis Marias, Ana Gomes, Janice Atkinson u Nikolay Barekov.

L-Erbgħa

Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidliet li ġejjin:

- Tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b'segwitu għall-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti;

- Tiddaħħal bħala t-tielet punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali;

- Posponiment għas-sessjoni parzjali ta' Frar II tad-dibattitu dwar il-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx.

Il-Parlament adotta dawn il-proposti u s-seduta b'hekk se ddum sa 24.00.

Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal bħala t-tieni punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-attivitajiet sigrieti tal-INTCEN (Ċentru ta' Analiżi tas-SEAE).

Intervent ta': Georg Mayer f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Gruppi PPE u ALDE biex tiddaħħal bħala l-ewwel punt tal-aġenda dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-demokrazija u l-ġustizzja fir-Rumanija.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, u Norica Nicolai f'isem il-Grupp ALDE, li ġġustifikat it-talba, Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ngħaqdet magħha u talbet barra minn hekk li l-Kumitat LIBE jkollu dibattitu dwar il-kwistjoni, u li tintbagħat missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fir-Rumanija.

Il-Parlament approva t-talbiet.

Konsegwentement għada l-votazzjonijiet se jibdew fil-11.30 minflok fil-11.00.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Rebecca Harms.


12. Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b'segwitu għall-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar b'segwitu għall-ordnijiet eżekuttivi tal-President tal-Istati Uniti (2017/2546(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Gianni Pittella f'isem il-Grupp S&D, u Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR.

PRESIDENZA: David-Maria SASSOLI
Viċi President

Interventi ta': Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, (il-President interrompa lill-kelliem biex jitolbu jġib ruħu b'rispett), Marcel de Graaff f'isem il-Grupp ENF, Bill Etheridge, dwar punt ta' ordni, u Konstantinos Papadakis Membru mhux affiljat.

Intervent ta': Federica Mogherini.

Id-dibattitu ngħalaq.


13. Stat tal-Unjoni tal-Enerġija (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Stat tal-Unjoni tal-Enerġija (2017/2523(RSP))

Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Krišjānis Kariņš f'isem il-Grupp PPE, Dan Nica f'isem il-Grupp S&D, Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, Fredrick Federley f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Benedek Jávor f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Tibor Szanyi, Dario Tamburrano f'isem il-Grupp EFDD, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF, Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat, Jerzy Buzek, Kathleen Van Brempt, Julie Girling, Morten Helveg Petersen, Kateřina Konečná, Jakop Dalunde, Roger Helmer, Steven Woolfe u Bendt Bendtsen.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Miriam Dalli, Evžen Tošenovský, Kaja Kallas, Markus Pieper, Martina Werner, Anna Elżbieta Fotyga, Gunnar Hökmark, Miroslav Poche, Anneleen Van Bossuyt, Herbert Reul, José Blanco López, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Peter Liese, Patrizia Toia, Miapetra Kumpula-Natri u Carlos Zorrinho.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Spyraki, Nicola Caputo, Notis Marias, Paloma López Bermejo u Zigmantas Balčytis.

Intervent ta': Maroš Šefčovič.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. Ġestjoni tal-migrazzjoni tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Ġestjoni tal-migrazzjoni tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali (2017/2747(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Kristina Winberg, għal punt ta' ordni (il-President ikkonstata li ma kienx punt ta' ordni u interrompa lill-kelliema), Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Anders Primdahl Vistisen f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jane Collins f'isem il-Grupp EFDD, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Eleftherios Synadinos Membru mhux affiljat, Roberta Metsola, Knut Fleckenstein, Marietje Schaake, Marina Albiol Guzmán, Barbara Lochbihler, Vicky Maeijer u Alessandra Mussolini.

PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

Interventi ta': Elly Schlein, Janice Atkinson, Jeroen Lenaers, Miriam Dalli, Juan Fernando López Aguilar, Cécile Kashetu Kyenge u Ana Gomes.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michela Giuffrida, Notis Marias, Ernest Urtasun, Georgios Epitideios u Nicola Caputo.

Intervent ta': Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Id-dibattitu ngħalaq.


15. Sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (2016/2509(RSP))

Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Bogdan Brunon Wenta f'isem il-Grupp PPE, Cécile Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Eduard Kukan, Enrique Guerrero Salom, Bas Belder, Jaromír Štětina, Neena Gill u Joachim Zeller.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Neven Mimica.

Id-dibattitu ngħalaq.


16. Kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2016/2510(RSP))

Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Mariya Gabriel f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mario Borghezio f'isem il-Grupp ENF, Bogdan Brunon Wenta, Jo Leinen, Mark Demesmaeker, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Cécile Kashetu Kyenge, Cristian Dan Preda u Pier Antonio Panzeri.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Neven Mimica.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Charles Tannock, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Karol Karski u Raffaele Fitto, f'isem il-Grupp ECR, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0120/2017)

—   Hilde Vautmans, Petras Auštrevičius, Izaskun Bilbao Barandica, Marielle de Sarnez, Javier Nart, Carolina Punset u Pavel Telička, f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0121/2017);

—   Marie-Christine Vergiat, Barbara Spinelli, Paloma Lopez Bermejo, Angela Vallina, Javier Couso Permuy, Dimitris Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Kostadinka Kuneva, Kostas Chrysogonos u Merja Kyllönen, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0122/2017);

—   Elena Valenciano, Jo Leinen, Norbert Neuser u Cécile Kashetu Kyenge, f'isem il-Grupp S&D, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0123/2017);

—   Rolandas Paksas, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao u Piernicola Pedicini, f'isem il-Grupp EFDD, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0124/2017);

—   Michèle Rivasi, Judith Sargentini, Igor Šoltes, Maria Heubuch u Bodil Valero, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0125/2017);

—   Mariya Gabriel, Bogdan Brunon Wenta, Michael Gahler, György Hölvényi, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ádám Kósa, Adam Szejnfeld, Krzysztof Hetman, Tadeusz Zwiefka, Ivo Belet u Paul Rübig, f'isem il-Grupp PPE, dwar il-kriżi tal-istat tad-dritt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Gabon (2017/2510(RSP)) (B8-0126/2017).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.6 tal-Minuti ta' 2.2.2017.


17. Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Tolleranza żero għall-mutilazzjoni ġenitali femminili (2017/2524(RSP))

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Interventi ta': Constance Le Grip f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Malin Björk f'isem il-Grupp GUE/NGL, Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mylène Troszczynski f'isem il-Grupp ENF, Diane James Membru mhux affiljata, Anna Maria Corazza Bildt, Liliana Rodrigues, Anneleen Van Bossuyt, Georgios Epitideios, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Julie Ward, Mariya Gabriel, Edouard Martin, Adam Szejnfeld u Viorica Dăncilă.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Intervent ta': Věra Jourová.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Klawsola ta' salvagwardja bilaterali u mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali UE-Kolombja u Perù ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 20/2013 li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra [COM(2015)0220 - C8-0131/2015 - 2015/0112(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Marielle de Sarnez (A8-0277/2016)

Marielle de Sarnez ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Fernando Ruas, Eric Andrieu, Santiago Fisas Ayxelà, Francisco Assis, Jarosław Wałęsa u Cláudia Monteiro de Aguiar.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Interventi ta': Cecilia Malmström u Marielle de Sarnez.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.3 tal-Minuti ta' 2.2.2017.


19. Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 [COM(2015)0636 - C8-0393/2015 - 2015/0289(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0377/2016)

Linnéa Engström ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Karmenu Vella (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Francisco José Millán Mon f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Peter van Dalen f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Affronte f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mike Hookem f'isem il-Grupp EFDD, Gabriel Mato, Clara Eugenia Aguilera García, Czesław Hoc, Werner Kuhn, Renata Briano u Jarosław Wałęsa.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.

Interventi ta': Karmenu Vella u Linnéa Engström.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.4 tal-Minuti ta' 2.2.2017.

PRESIDENZA: Ramón Luis VALCÁRCEL SISO
Viċi President


20. Implimentazzjoni dwar Erasmus + (dibattitu)

Rapport ta' implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi 'Erasmus+': il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE [2015/2327(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Milan Zver (A8-0389/2016)

Milan Zver ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Krystyna Łybacka f'isem il-Grupp S&D, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE, Curzio Maltese f'isem il-Grupp GUE/NGL, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Isabella Adinolfi f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, Eva Maydell, Julie Ward u Jiří Pospíšil.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Csaba Sógor, Nicola Caputo, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Bogdan Brunon Wenta, Tiemo Wölken, Maria Grapini u Victor Negrescu.

Interventi ta': Tibor Navracsics u Milan Zver.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.7 tal-Minuti ta' 2.2.2017.


21. Approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibilità u integrità [2016/2143(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Hannu Takkula (A8-0381/2016)

Hannu Takkula għamel il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová, Julie Ward, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Bogdan Brunon Wenta u Nicola Caputo.

Intervent ta': Tibor Navracsics (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7.1 tal-Minuti ta' 2.2.2017.


22. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Siegfried Mureşan, Maria Grapini, Angel Dzhambazki, Marian Harkin, Marina Albiol Guzmán, Jordi Solé, Gilles Lebreton, Sotirios Zarianopoulos, Francesc Gambús, Viorica Dăncilă, Marek Jurek, Ivan Jakovčić, Xabier Benito Ziluaga, Csaba Sógor, Nicola Caputo, Notis Marias, Jozo Radoš, Paloma López Bermejo, Cristian Dan Preda, Victor Negrescu, Ángela Vallina, Daniel Buda, Tomáš Zdechovský u Jiří Pospíšil.


23. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 598.387/OJME).


24. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.45.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adinolfi, Affronte, Agea, Agnew, Aguilera García, Aiuto, Albiol Guzmán, Albrecht, Ali, Aliot, Andersson, Andrieu, Androulakis, Annemans, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Atkinson, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Batten, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Carver, Caspary, del Castillo Vera, Cavada, Cesa, Charanzová, Chauprade, Chinnici, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Ciocca, Cirio, Clune, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Collins, Comi, Comodini Cachia, Corazza Bildt, Corbett, Corrao, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Dăncilă, Danjean, Danti, Dantin, Dati, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, De Masi, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, de Sarnez, Deß, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, D'Ornano, Durand, Dzhambazki, Eck, Ehler, Eickhout, Engel, Engström, Epitideios, Erdős, Ernst, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Fajon, Farage, Faria, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrara, Fisas Ayxelà, Fitto, Flanagan, Beňová, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gabriel, Gahler, Gál, Gáll-Pelcz, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gentile, Gerbrandy, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Nathan, Gill Neena, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Pons, Gosiewska, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Graswander-Hainz, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Harkin, Harms, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hoc, Hökmark, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Joly, Jongerius, Juaristi Abaunz, Jurek, Kadenbach, Kaili, Kalinowski, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Karim, Kariņš, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Köstinger, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyrkos, Kyrtsos, Kyuchyuk, Lambert, Lange, Langen, Lauristin, La Via, Lavrilleux, Lebreton, Le Grip, Legutko, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Lewer, Liberadzki, Liese, Lins, Lochbihler, Loiseau, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lunacek, Lundgren, Łybacka, McAllister, McAvan, McIntyre, Macovei, Maeijer, Maletić, Malinov, Mamikins, Mănescu, Maňka, Mann, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Maurel, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Mélin, Melior, Melo, Metsola, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mlinar, Moisă, Molnár, Monteiro de Aguiar, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Müller, Mureşan, Muselier, Mussolini, Nagy, Negrescu, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Nilsson, van Nistelrooij, Noichl, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Omarjee, Ożóg, Pabriks, Paet, Pagazaurtundúa Ruiz, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Pargneaux, Parker, Paşcu, Patriciello, Peillon, Petersen, Picierno, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Pittella, Plura, Poc, Poche, Pogliese, Polčák, Ponga, Poręba, Pospíšil, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Procter, Proust, Radev, Radoš, Rangel, Reding, Regner, Reid, Reintke, Reul, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rohde, Rolin, Ropė, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Salvini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Schaake, Schaldemose, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škripek, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Sonneborn, Soru, Spinelli, Spyraki, Staes, Štefanec, Steinruck, Štětina, Stevens, Stihler, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Telička, Terricabras, Theocharous, Theurer, Thun und Hohenstein, Tolić, Tomaševski, Tomc, Toom, Torres Martínez, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Verheyen, Viegas, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wałęsa, Ward, Weber Renate, Weidenholzer, von Weizsäcker, Wenta, Werner, Wieland, Wierinck, Wikström, Willmott, Winberg, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Woolfe, Záborská, Zanni, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zver, Zwiefka

Skużati:

Castaldo, Crowley, Drăghici, Goulard, Händel, Kirton-Darling, Matera, Messerschmidt, Mosca, Nart, Vautmans

Avviż legali - Politika tal-privatezza