Stanislav Polčák ressaq talba għall-ħarsien tal-privileġġi u immunitajiet tiegħu fl-ambitu ta' proċedura amministrattiva mressqa kontrih mis-servizz ta' Trasport tal-Kunsill Muniċipali ta' Jihlava.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.