Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu [COM(2015)0625 - C8-0386/2015- 2015/0281(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A8-0228/2016)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Qabel il-votazzjoni, Cornelia Ernst biex titlob li ssir votazzjoni fuq l-emendi qabel ma ssir votazzjoni fuq il-ftehim proviżorju. Il-Parlament irrifjuta t-talba.