L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Arndt Kohn minflok Martin Schulz bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 24 ta' Frar 2017.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Arndt Kohn jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.