23. Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti fil-qasam tal-enerġija ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE [COM(2016)0053 - C8-0034/2016 - 2016/0031(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski (A8-0305/2016)
Zdzisław Krasnodębski ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Miguel Arias Cañete (Membru tal-Kummissjoni).
PRESIDENZA: Alexander Graf LAMBSDORFF Viċi President
Interventi ta': Bendt Bendtsen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Vladimir Urutchev f'isem il-Grupp PPE, Miroslav Poche f'isem il-Grupp S&D, Angelika Mlinar f'isem il-Grupp ALDE, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Indrek Tarand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Roger Helmer f'isem il-Grupp EFDD, u Jerzy Buzek.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Nicola Caputo, Notis Marias u Davor Škrlec.
Interventi ta': Miguel Arias Cañete u Zdzisław Krasnodębski.