Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) u li jirrevoka d-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE [2015/2328(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Silvia Costa (A8-0030/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Cristian Dan Preda u Franz Obermayr dwar l-iżvolġiment tal-votazzjonijiet (Il-President iċċara xi punti).
Silvia Costa (rapporteur) biex tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-apparat tal-votazzjoni tagħha ma ħadimx waqt il-votazzjoni finali, u li hi xtaqet tivvota favur.