Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 13 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

5. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President iddikjara d-deċiżjonijiet tal-kumitati li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 69(c), paragrafu 1 tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (COM(2016)0196 – C8-0134/2016 – 2016/0105(COD)). Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0059/2017)

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi reġistrata d-dejta dwar id-dħul u l-ħruġ u d-dejta dwar ir-rifjut ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008 u r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2016)0194 – C8-0135/2016 – 2016/0106(COD)). Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A8-0057/2017)

- Kumitat CULT, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2016)0400 – C8-0223/2016 – 2016/0186(COD)). Rapporteur: Santiago Fisas Ayxelà (A8-0061/2017)

- Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2016)0248 – C8-0181/2016 – 2016/0130(COD)). Rapporteure: Marita Ulvskog (A8-0064/2017)

- Kumitat ECON, Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu u li temenda d-Direttiva 2009/101/KE (COM(2016)0450 – C8-0265/2016 – 2016/0208(COD)). Rapporteurs: Krišjānis Kariņš, Judith Sargentini (A8-0056/2017)

Skont l-Artikolu 69(c), paragrafu 2, Membri jew grupp(i) politiku/ċi li jilħqu tal-inqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, l-Erbgħa 14 ta' Marzu, li deċiżjoni ta' kumitat li tkun se tidħol f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

Jekk ma titressaq l-ebda talba għal votazzjoni lill-Parlament dwar id-deċiżjoni li jidħlu f'negozjati, dawn in-negozjati jistgħu jibdew f'kull ħin wara li tiskadi din l-iskadenza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza