Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 13 ta' Marzu 2017 - Strasburgu

10. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Marzu II 2017 (PE 600.410/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-Ħamis
Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-President ippropona li jissostitwixxi d-dibattitu dwar "Is-Sudan, il-każijiet ta' Hassan Abduraheem u Abdulmonen Abdumawla" (punt 80 tal-Abbozz tal-Aġenda) bid-dibattitu dwar "Żimbabwe, il-każ ta' Pastor Evan Mawarire".

Il-Parlament qabel mal-proposta.

It-Tnejn
Talba tal-Grupp ENF biex tiddaħħal, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Rivelazzjonijiet tal-Wikileaks dwar l-istrumenti ta' hacking użati mis-CIA".

Interventi ta':Marcus Pretzell f'isem il-Grupp ENF, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

Interventi ta': Kristina Winberg, biex titlob li titneħħa l-votazzjoni dwar Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (Rapport Vicky Ford - A8-0251/2016) (punt 35 tal-Abbozz tal-Aġenda) (il-President fakkar li t-talba ma tressqitx fil-ħin), u Beatrix von Storch, dwar it-titolu tal-punt "Interpellazzjonijiet maġġuri" previst fl-aġenda għall-Ħamis waranofsinhar (punt 87 tal-Abbozz tal-Aġenda)(il-President ikkonferma li t-titolu qablet miegħu l-Konferenza tal-Presidenti).

It-Tlieta
Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-Aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "It-twaqqigħ kontinwu ta' djar u strutturi tal-Palestinjani" bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "Il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2017" (punt 83 tal-Abbozz tal-Aġenda).

Interventi ta':Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Cristian Dan Preda, kontra din it-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (174 favur, 177 kontra, 16-il astensjoni), il-Parlament ċaħad it-talba.


Interventi ta': Sander Loones, biex jitlob għal dibattitu dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (Il-President indika li t-talba ma tressqitx fil-ħin), Tomáš Zdechovský, dwar l-intervent tal-kelliem preċedenti, u Stefan Eck, dwar l-ammissibilità tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva, imressqa mill-Grupp PPE dwar l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-fniek tat-trobbija (Rapport Stefan Eck - A8-0011/2017) (il-President ikkonferma li t-test kien ammissibbli).

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza